"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Kompetittività

Kunsill Kompetittività (Suq intern u industrija), 29 ta' Settembru 2021

Riżultati ewlenin

Il-ministri għas-suq intern u l-industrija tal-UE ltaqgħu fi Brussell biex jiddiskutu l-istrateġija industrijali aġġornata u l-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar.

Il-pakkett "Lesti għall-mira ta' 55%" minn perspettiva industrijali

Il-Kunsill iddiskuta l-impatt tal-pakkett il-ġdid dwar il-klima u l-enerġija fuq l-ekonomija u l-industrija.

Il-ministri qablu b'mod ġenerali li d-disponibbiltà ta' enerġija dekarbonizzata affordabbli hija waħda mill-prekondizzjonijiet għas-suċċess ta' "Lesti għall-mira ta' 55%". Il-ministri enfasizzaw l-importanza tal-mekkaniżmu ta' aġġustament tal-karbonju fil-fruntieri (CBAM) propost, li għandu jipprevjeni r-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju. Diversi delegazzjonijiet qajmu l-isfidi li jirriżultaw mill-pakkett għall-industrija tal-karozzi u qablu li t-tranżizzjoni ekoloġika m'għandhiex iżżid il-piż fuq l-SMEs.

Zdravko Počivalšek, Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku u t-Teknoloġija tas-Slovenja
"Ninsab kuntent li l-istati membri qablu li l-fehmiet tal-Kunsill Kompetittività għandhom jitqiesu fin-negozjati dwar il-pakkett 'Lesti għall-mira ta' 55%'". Huwa għandu jissorvelja mill-qrib u jindirizza regolarment it-tranżizzjoni ekoloġika u d-dibattitu fil-kuntest tal-pakkett u l-impatt tiegħu fuq l-ekonomija u l-industrija tal-UE. Dan huwa importanti biex jiġi żgurat li l-miżuri miftiehma jkunu proporzjonati u ma jagħmlux ħsara lill-kompetittività u t-tkabbir tal-UE.
Zdravko Počivalšek, Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku u t-Teknoloġija tas-Slovenja
Zdravko Počivalšek, Ministru għall-Iżvilupp Ekonomiku u t-Teknoloġija tas-Slovenja

Il-ministri ddiskutew l-akbar sfidi u opportunitajiet għan-negozji li jirriżultaw mill-pakkett dwar il-klima "Lesti għall-mira ta' 55%" u t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika. Il-ministri ħarsu wkoll lejn il-perkorsi possibbli biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta, kompetittiva u ekoloġika tal-ekonomija tal-UE sal-2030 u lil hinn.

Regolamentazzjoni aħjar

Il-ministri kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni pubbliku dwar it-tfassil ta' politika li tibqa' valida fil-futur biex tittejjeb il-kompetittività tal-UE u jitrawwem aktar is-suq uniku, li huwa parti mill-aġenda għal regolamentazzjoni aħjar.

Boštjan Koritnik, Ministru għall-Amministrazzjoni Pubblika tas-Slovenja
Ir-regolamentazzjoni aħjar ilha prijorità politika tal-UE għal diversi snin u hija prijorità għall-presidenza Slovena, għalhekk nilqa' l-fatt li s-suġġett kien fuq l-aġenda tal-lum. Neħtieġu qafas regolatorju li jkun ibbażat fuq l-evidenza, li jiffavorixxi l-innovazzjoni u li jibqa' validu fil-futur biex jitrawmu l-kompetittività u t-tkabbir. Fl-aħħar mill-aħħar dan ser jikkontribwixxi għall-irkupru tal-Ewropa.
Boštjan Koritnik, Ministru għall-Amministrazzjoni Pubblika tas-Slovenja
Boštjan Koritnik, Ministru għall-Amministrazzjoni Pubblika tas-Slovenja

Matul id-dibattitu, il-ministri enfasizzaw l-importanza ta' qafas leġiżlattiv ċar, koerenti u li jibqa' validu fil-futur, li huma jqisu bħala essenzjali f'dawn iż-żminijiet ta' pandemija u rkupru ekonomiku. Il-ministri esprimew il-ħtieġa ta' leġiżlazzjoni ta' kwalità għolja, u ddiskutew l-approċċ "one in, one out", li ġie propost mill-Kummissjoni.

Affarijiet oħra

SMET

Il-Kummissjoni rrappurtat dwar l-attivitajiet tat-Task Force għall-Infurzar fis-Suq Uniku (SMET). SMET huwa wieħed mill-komponenti ewlenin tal-pjan ta' azzjoni għal implimentazzjoni u infurzar aħjar tar-regoli tas-suq uniku adottat f'Marzu 2020 bħala parti mill-istrateġija industrijali Ewropea.

L-akkwist tal-innovazzjoni fl-UE

Id-delegazzjoni Griega infurmat lill-ministri dwar id-dikjarazzjoni ministerjali konġunta dwar l-akkwist tal-innovazzjoni fl-UE. Id-dikjarazzjoni hija appoġġata mid-delegazzjoni Taljana, Ċiprijotta u dik Lussemburgiża.

Il-privattiva unitarja u l-qorti unifikata tal-privattivi

Il-presidenza Slovena infurmat lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni attwali fir-rigward tar-ratifiki nazzjonali tal-Ftehim dwar il-Qorti Unifikata tal-Privattivi (UPCA) u l-protokoll dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-UPCA.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Kompetittività

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025