"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 17/02/2015, 17 ta' Frar 2015

Riżultati ewlenin 

Pjan ta' investiment għall-Ewropa  

Il-Kunsill iddiskuta proposta biex jinħoloq fond Ewropew għal investimenti strateġiċi, li huwa mistenni li jimmobilizza mill-inqas €315-il biljun f'investiment privat u pubbliku. 

Il-presidenza kkonfermat pjanijiet biex jintlaħaq qbil fil-Kunsill f’Marzu 2015, u b'hekk hi żżomm mal-pjan li għandu jippermetti li jibdew isiru investimenti ġodda minn nofs l-2015. 

“Illum aħna rċevejna appoġġ mifrux għall-approċċ li konna qed nissuġġerixxu għal għadd ta' kwistjonijiet ewlenin", qal Jānis Reirs, ministru għall-finanzi tal-Latvja u president tal-Kunsill. "Fid-dawl tal-kummenti li saru mill-ministri, aħna issa ser noħorġu l-ewwel proposta ta' kompromess." 

Prospetti ta’ tkabbir u żbilanċi makroekonomiċi   

Il-Kunsill iddiskuta l-prospetti ta' tkabbir u l-iżbilanċi makroekonomiċi fil-qafas tas-"Semestru Ewropew", il-proċess annwali ta' monitoraġġ tal-politika tal-UE. 

Adotta konklużjonijiet, bħala parti mill-proċess li ser iwassal għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lill-istati membri f'Lulju 2015. 

Il-baġit tal-UE   

Il-Kunsill qabel dwar il-prijoritajiet qabel in-negozjati mal-Parlament Ewropew dwar il-baġit tal-UE għall-2016, u rrakkomanda li l-Parlament Ewropew jagħti kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għall-2013. 

Barra minn hekk, l-ewwel rapport ta’ valutazzjoni tal-grupp ta’ livell għoli li qed jerġa' jeżamina s-sistema ta' riżorsi proprji għall-baġit tal-UE ġie ppreżentat mill-president tal-grupp, Mario Monti. 

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025