Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 10/03/2015, 10 ta' Marzu 2015

Fil-kuntest ekonomiku attwali, hemm fehim ċar tal-ħtieġa li niksbu b'mod rapidu investimenti ġodda fl-Ewropa.”   Jānis Reirs, ministru għall-finanzi tal-Latvja

Riżultati ewlenin

Pjan ta' investiment għall-Ewropa

Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu dwar fond Ewropew għal investimenti strateġiċi, biex b'hekk in-negozjati mal-Parlament Ewropew ikunu jistgħu jibdew malajr.

Il-fond huwa parti minn pjan li għandu l-għan li jibda jħaddem aktar minn €315 biljun f’investiment privat u pubbliku, u b’hekk jiffaċilita l-irkupru ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u tat-tkabbir u l-kompetittività fit-tul.

L-għan huwa li sa Ġunju jintlaħaq ftehim ġenerali, sabiex ikunu jistgħu jinbdew investimenti ġodda saħansitra f'nofs l-2015.

“Hemm appoġġ politiku qawwi fost l-istati membri għal din l-inizjattiva”, qal Jānis Reirs, ministru għall-finanzi tal-Latvja u president tal-Kunsill. “Fil-kuntest ekonomiku attwali, hemm fehim ċar tal-ħtieġa li niksbu b'mod rapidu investimenti ġodda fl-Ewropa.”

Proċedura ta’ defiċit eċċessiv għal Franza

Il-Kunsill ta lil Franza sentejn addizzjonali biex iġġib id-defiċit tal-gvern taħt it-3% tal-PGD, waqt li appella biex id-defiċit jissewwa sal- 2017.

Il-Kunsill ikkonkluda li l-estensjoni tal-iskadenza kienet iġġustifikata mill-isforz fiskali magħmul minn Franza mill-2013 sa issa, u mis-sitwazzjoni ekonomika dgħajfa u fatturi oħrajn.

Huwa talab lil Franza biex timplimenta kompletament il-miżuri maqbula għall-2015, u talab sforz fiskali addizzjonali li għandu jsir sal-aħħar ta’ April.

Unjoni bankarja

Il-Kunsill eżamina mill-ġdid l-implimentazzjoni tal-unjoni bankarja tal-Ewropa, speċifikament fir-rigward ta’ strumenti li jittrattaw l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ banek li jkunu qed ifallu.

Huwa appella lill-istati membri biex jaċċelleraw l-azzjonijiet tar-ratifika tal-ftehim intergovernattiv dwar il-fond uniku ta’ riżoluzzjoni u jimplimentaw id-direttiva tal-UE dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025