"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 12 ta' Mejju 2015

Riżultati ewlenin

Żbilanċi makroekonomiċi u riformi strutturali

Id-dibattitu tal-lum bejn il-ministri qajjem kuxjenza dwar il-ħtieġa li jiġu indirizzati mingħajr dewmien l-isfidi ta' politika individwali li qed jiffaċċja kull stat membru.
Jānis Reirs, ministru għall-finanzi tal-Latvja

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar analiżi fil-fond ta’ żbilanċi ekonomiċi fl-istati membri, waqt li enfasizza l-ħtieġa għal impenn qawwi għar-riformi strutturali.
Huwa ddiskuta l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż taħt is-“semestru Ewropew”, il-proċess annwali ta’ monitoraġġ tal-politika tal-UE.

“Jidher ċar li hemm lok għal titjib fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet”, qal Jānis Reirs, ministru għall-finanzi tal-Latvja u president tal-Kunsill. Huwa qal, "Id-dibattitu tal-lum bejn il-ministri qajjem kuxjenza dwar il-ħtieġa li jiġu indirizzati mingħajr dewmien l-isfidi ta' politika individwali li qed jiffaċċja kull stat membru".

Sostenibbiltà tal-finanzi pubbliċi — rapport dwar it-tixjiħ 2015

Il-Kunsill iddiskuta previżjonijiet dwar in-nefqa marbuta mal-età għall-istati membri matul il-perjodu 2013-60, abbażi ta’ rapport u data demografika.
Adotta konklużjonijiet, li jenfasizzaw il-ħtieġa li jiġi minimizzat l-impatt negattiv fuq it-tkabbir ekonomiku tal-iżviluppi fl-infiq marbuta ma’ popolazzjonijiet li qed jixjieħu. Il-konklużjonijiet jirrakkomandaw azzjoni ta’ politika kontinwa, b’mod partikolari riformi fis-sistemi tal-pensjonijiet u tas-saħħa u l-kura fit-tul.

Pjan ta' investiment għall-Ewropa  

Il-Kunsill iddiskuta l-progress fin-negozjati mal-Parlament Ewropew dwar fond Ewropew għal investimenti strateġiċi (EFSI) propost.
Il-presidenza ser tkompli tinnegozja f’isem il-Kunsill, bil-għan li jiġu ffinalizzati n-negozjati sal-aħħar ta’ Mejju. L-adozzjoni tar-regolament dwar l-EFSI f’Ġunju tagħmilha possibbli li investimenti ġodda jibdew sa minn nofs l-2015, kif ippjanat.
L-EFSI ser jappoġġa l-proġetti f’firxa wiesgħa ta’ oqsma, isaħħaħ il-kapaċità ta' rfigħ tar-riskji sabiex jistimula l-involviment ta' investituri privati. Dan huwa wieħed mill-elementi ċentrali tal-'pjan ta’ investiment għall-Ewropa' ta' EUR 315-il biljun tal-Kummissjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025