"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 06/10/2015, 6 ta' Ottubru 2015

Riżultati ewlenin

Dan huwa pass deċiżiv lejn aktar trasparenza fi kwistjonijiet ta’ taxxa” Pierre Gramegna, Ministru għall-Finanzi tal-Lussemburgu u president tal-Kunsill

Deċiżjonijiet transfruntieri dwar it-taxxa  

Il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar abbozz ta' direttiva maħsuba biex ittejjeb it-trasparenza fl-assigurazzjonijiet mogħtija mill-istati membri lill-kumpaniji dwar kif jinħadmu t-taxxi tagħhom.

Id-direttiva hija waħda minn għadd ta' inizjattivi maħsuba biex iwaqqfu l-evitar tat-taxxa fuq il-kumpaniji. Ser tobbliga lill-istati membri jiskambjaw informazzjoni awtomatikament dwar deċiżjonijiet transfruntieri minn qabel dwar it-taxxa, kif ukoll arranġamenti minn qabel dwar il-prezzijiet. L-istati membri li jirċievu informazzjoni ser ikunu jistgħu jitolbu aktar informazzjoni fejn ikun meħtieġ. U l-Kummissjoni ser tiżviluppa direttorju ċentrali sigur, fejn tkun tista' tinħażen l-informazzjoni skambjata.  

“Dan huwa pass deċiżiv lejn aktar trasparenza fi kwistjonijiet ta’ taxxa,” qal Pierre Gramegna, Ministru għall-Finanzi tal-Lussemburgu u president tal-Kunsill. “Il-presidenza rnexxielha tikseb dan il-ftehim fi żmien rekord. L-Ewropa qed tibgħat sinjal qawwi favur sistema aktar ġusta ta' tassazzjoni tan-negozji madwar id-dinja.”  

Unjoni tas-swieq kapitali  

Il-Kunsill iddiskuta pjan ta’ azzjoni maħsub biex jistabbilixxi unjoni tas-swieq kapitali fl-UE sa tmiem l-2019.  

Il-pjan, propost mill-Kummissjoni fit-30 ta’ Settembru 2015, jinkludi għadd ta' miżuri varji sabiex isaħħu s-swieq kapitali u b'hekk jattiraw aktar investiment, inkluż investiment barrani, għal kumpaniji u proġetti infrastrutturali Ewropej. Wieħed mill-għanijiet prinċipali hu li jitjieb l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs u negozji ġodda Ewropej, speċjalment fl-industriji innovattivi.  

Il-presidenza indikat li ser tibda minnufih ħidma fuq proposta dwar it-titolizzazzjoni, waħda mill-miżuri prinċipali maħsuba.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025