- Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 08/12/2015, 8 ta' Diċembru 2015
Riżultati ewlenin
Tassazzjoni korporattiva
Il-Kunsill ħa numru ta’ deċiżjonijiet dwar it-tassazzjoni korporattiva.
Huwa adotta direttiva dwar deċiżjonijiet tat-taxxa transkonfinali, li ser ittejjeb it-trasparenza fuq id-deċiżjonijiet dwar it-taxxa mogħtija mill-istati membri lill-kumpaniji dwar kif it-tassazzjoni ser tiġi ttrattata.
L-adozzjoni ta’ din id-Direttiva importanti f’perjodu qasir ta’ żmien kienet prijorità ewlenija tal-Presidenza Lussemburgiża. Pierre Gramegna, Ministru għall-Finanzi tal-Lussemburgu u President tal-Kunsill
"L-adozzjoni ta’ din id-Direttiva importanti f’perjodu qasir ta’ żmien kienet prijorità ewlenija tal-Presidenza Lussemburgiża", qal Pierre Gramegna, Ministru għall-Finanzi tal-Lussemburgu u President tal-Kunsill. "L-Ewropa issa qed tibgħat sinjal ċar għal aktar ekwità fit-tassazzjoni tan-negozji madwar id-dinja."
Il-Kunsill iddiskuta miżuri interrelatati bil-għan tal-prevenzjoni tal-evażjoni tat-taxxa korporattiva. Huwa adotta konklużjonijiet dwar il-futur ta' kodiċi ta' kondotta dwar it-tassazzjoni tan-negozji u dwar l-implimentazzjoni tal-ħidma tal-OECD fuq l-erożjoni tal-bażi tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitt (BEPS). Irreveda wkoll il-progress fuq l-aspetti internazzjonali anti-BEPS ta' proposta għal bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva tal-UE.
"Għamilna qabża kbira fid-diskussjonijiet tekniċi dwar dan id-dossier", qal is-Sur Gramegna. "Din hija prova tal-impenn tagħna li nimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-OECD dwar il-BEPS b'mod rapidu u kkoordinat."
Unjoni tas-swieq kapitali
Il-Kunsill approva qbil li ntlaħaq fil-livell ta' kumitat dwar l-iżvilupp ta’ suq tat-titolizzazzjoni fl-Ewropa, parti minn pjanijiet usa’ għal unjoni tas-swieq kapitali.
Il-proposti, li għandhom jiġu nnegozjati mal-Parlament Ewropew, ser jgħinu biex jiġu liberati sorsi addizzjonali ta’ finanzjament, b’mod partikolari għall-SMEs u n-negozji ġodda.
"Is-suq tat-titolizzazzjoni staġna, u jekk irridu nerġgħu nagħtuh il-ħajja rridu nagħmlu dan malajr", qal is-Sur Gramegna. "Aħna nqisu dan id-dossier bħala wieħed ta' importanza kruċjali għall-ekonomija Ewropea."
Ftehimiet dwar tassazzjoni mal-Liechtenstein, San Marino u l-Iżvizzera
Il-Kunsill approva l-konklużjoni ta’ ftehimiet dwar tassazzjoni mal-Liechtenstein u l-Iżvizzera, u ta l-approvazzjoni tiegħu għall-iffirmar ta' ftehim ma’ San Marino.
It-tliet ftehimiet ser jikkontribwixxu għall-isforzi biex titrażżan l-evażjoni tat-taxxa, li jeħtieġu l-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni dwar faddala privati. Permezz ta' dan, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa ser ikunu jistgħu jtejbu l-aċċess transkonfinali għal informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji tal-faddala ta' xulxin.
Il-ftehim ma' San Marino ġie ffirmat direttament wara l-laqgħa tal-Kunsill.
Streaming dirett, filmati u ritratti
Dokumenti tal-laqgħat
Stqarrijiet għall-istampa
Il-ftehim ta' tassazzjoni UE-San Marino ġie ffirmat fi sforz konġunt biex titjieb il-konformità mar-regoli tat-taxxa - 08/12/2015
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tassazzjoni korporattiva – erożjoni tal-bażi u trasferiment tal-profitt - 08/12/2015
Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tassazzjoni tal-intrapriżi - il-futur tal-kodiċi ta' kondotta - 08/12/2015
L-UE tapprova ftehimiet dwar it-taxxa mal-Liechtenstein u l-Iżvizzera - 08/12/2015
Deċiżjonijiet transfruntieri dwar it-taxxa: adottati regoli dwar it-trasparenza - 08/12/2015
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Patrick McCullough Press officer
- +32 471 33 38 46
- +32 2 281 91 19
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #ECOFIN
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025