- Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 10/11/2015, 10 ta' Novembru 2015
Riżultati ewlenin
Tibdil fil-klima
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet qabel il-21 konferenza tal-partijiet għall-konvenzjoni qafas tan-NU dwar it-tibdil fil-klima.
B'mandat ambizzjuż għall-konferenza ta' Pariġi, l-Unjoni Ewropea qed tassumi r-rwol tagħha bħala waħda mill-forzi ewlenin wara ftehim ġdid dwar il-klima Pierre Gramegna, Ministru għall-Finanzi tal-Lussemburgu
Il-konferenza, li ser issir f'Pariġi mit-30 ta' Novembru sal-11 ta' Diċembru 2015, ser tieħu l-impenn li tapprova ftehim ġdid tan-NU dwar il-klima għall-perijodu ta' wara l-2020. L-għan huwa li tiġi llimitata ż-żieda medja fit-temperatura globali sa massimu ta' 2°C meta mqabbla mal-livelli ta' qabel l-industrijalizzazzjoni, u li jkun garantit finanzjament suffiċjenti pubbliku u privat għal dan.
"B'mandat ambizzjuż għall-konferenza ta' Pariġi, l-Unjoni Ewropea qed tassumi r-rwol tagħha bħala waħda mill-forzi ewlenin wara ftehim ġdid dwar il-klima", qal Pierre Gramegna, ministru għall-finanzi tal-Lussemburgu u president tal-Kunsill. "Aħna lesti wkoll li nipprovdu kontribuzzjoni qawwija għall-finanzjament tal-ħtiġijiet tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima".
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill jiffokaw fuq il-kontribuzzjonijiet għall-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima mill-UE għall-$100 biljun fis-sena mwiegħda mill-pajjiżi żviluppati sal-2020, u fuq it-tbassir tal-kontribuzzjonijiet għall-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Dawn jindirizzaw l-aspetti tal-finanzjament ta' ftehim ġdid tan-NU dwar il-klima għall-perjodu ta' wara l-2020.
Ser ikunu meħtieġa riżorsi sinifikanti biex jgħinu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jittrattaw b'mod adegwat it-tibdil fil-klima, kemm biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra u biex jadattaw għall-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima. Il-$100 biljun fis-sena mwiegħda mill-pajjiżi żviluppati sal-2020 ser jiġu minn firxa wiesgħa ta' sorsi: pubbliċi u privati, bilaterali u multilaterali kif ukoll sorsi alternattivi ta' finanzjament.
Unjoni tas-swieq kapitali
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jilqgħu b'sodisfazzjoni l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni għall-iżvilupp ta' unjoni tas-swieq kapitali.
Il-pjan għandu l-għan li jistabbilixxi unjoni tas-swieq kapitali tal-UE li tiffunzjona b'mod sħiħ sa tmiem l-2019. Għadd ta' miżuri varji huma ppjanati biex isaħħu s-swieq kapitali sabiex jattiraw aktar investiment, inkluż investiment barrani, lejn kumpaniji u proġetti infrastrutturali Ewropej.
Wieħed mill-għanijiet ewlenin hu li jitjieb l-aċċess għall-finanzi għal SMEs u negozji ġodda, speċjalment f'industriji innovattivi.
"Diġà bdejna naħdmu fuq proposta għal titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata, bil-għan li naslu għal ftehim politiku mill-aktar fis possibbli u forsi anke qabel tmiem din is-sena", qal is-Sur Gramegna. "Qegħdin ukoll nistennew proposta dwar il-prospetti, li ser ikunu importanti biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-kreditu għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, sabiex inkunu nistgħu nibdew naħdmu fuq dik ukoll."
Revoka tad-direttiva dwar it-tassazzjoni fuq it-tfaddil
Id-Direttiva 2003/48/KE, li mill-2005 ippermettiet aċċess aħjar lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar min ifaddal f'kontijiet privati, ġiet revokata mill-Kunsill.
Dan isegwi t-tisħiħ fil-miżuri biex jipprevjenu l-evażjoni tat-taxxa. Kienet żviluppat sovrapożizzjoni sinifikanti ma' leġislazzjoni oħra f'dan il-qasam, u r-revoka telimina dik is-sovrapożizzjoni.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Programm indikattiv, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 10 ta’ Novembru 2015
- Aġenda proviżorja, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 10 ta' Novembru 2015
- Lista ta’ punti A, attivitajiet leġislattivi, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 10 ta’ Novembru 2015
- Lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 10 ta’ Novembru 2015
- Nota ta' informazzjoni
- Lista tal-parteċipanti
Stqarrijiet għall-istampa
- Trade marks reform: Council adopts position at first reading
- 10/11/2015
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-finanzjament għall-klima
- 10/11/2015
- Ir-revoka tad-direttiva dwar it-tassazzjoni fuq it-tfaddil
- 10/11/2015
- L-UE testendi l-mandat ta' tliet Rappreżentanti Speċjali tal-Unjoni Ewropea
- 10/11/2015
- Medium combustion plants: New rules on emissions adopted
- 10/11/2015
- Emissjonijiet f'sewqan reali: il-Kunsill japprova l-ewwel pakkett
- 10/11/2015
- Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni għall-bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali
- 10/11/2015
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Patrick McCullough Press officer
- +32 471 33 38 46
- +32 2 281 91 19
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #ECOFIN
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025