Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 27/01/2017, 27 ta' Jannar 2017

Riżultati ewlenin

Prospetti ta' tkabbir u żbilanċi makroekonomiċi

Il-Kunsill iddiskuta l-prospetti ta' tkabbir u l-iżbilanċi makroekonomiċi fil-qafas tas-"Semestru Ewropew", il-proċess annwali ta' monitoraġġ tal-politika tal-UE.

Huwa adotta konklużjonijiet u approva abbozz ta' rakkomandazzjoni dwar il-politiki ekonomiċi taż-żona tal-euro.

"Qed nappellaw lill-istati membri biex jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex joħolqu triangolu virtuż fejn tingħata spinta lill-investiment, jitwettqu riformi strutturali u jiġu żgurati politiki fiskali responsabbli", iddikjara Edward Scicluna, ministru Malti għall-finanzi u president tal-Kunsill. "Dawn huma prijoritajiet politiċi tagħna għall-2017 u l-istħarriġ annwali tal-Kummissjoni dwar it-tkabbir ser jiggwidana meta naslu biex infasslu l-programmi nazzjonali tagħna fir-rebbiegħa."

Il-Kunsill qabel b'mod ġenerali mal-analiżi mogħtija mill-Kummissjoni fl-istħarriġ annwali tagħha dwar it-tkabbir. Fir-rigward tal-iżbilanċi makroekonomiċi, il-Kummissjoni hija mistennija li fi Frar tippubblika "rieżamijiet fil-fond" tas-sitwazzjoni fi 13-il stat membru.

L-abbozz ta' rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro ser jiġi riferut lill-Kunsill Ewropew, bil-ħsieb li jiġi adottat f'Marzu.

Riżorsi proprji baġitarji tal-UE 

L-eks-Kummissarju tal-UE u Prim Ministru Taljan Mario Monti, li ppresieda grupp ta' livell għoli li kien qed janalizza r-riżorsi proprji baġitarji tal-UE, ippreżenta lill-ministri r-rapport finali u r-rakkomandazzjonijiet tal-grupp.

Ir-rapport tal-grupp ser jikkontribwixxi lejn l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar jekk għandhiex tipproponi riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji għall-perjodu ta' wara l-2020.

Fir-rapport tiegħu, il-grupp ta' livell għoli jirrakkomanda:

  • li l-infiq jiġi ffukat fuq politiki tal-UE li jistgħu jwasslu għall-akbar valur miżjud;
  • l-introduzzjoni ta' sorsi ġodda ta' dħul marbuta direttament mad-dimensjoni Ewropea;
  • li l-kalkoli tal-bilanċ nett tal-baġit ikunu kkomplementati minn analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji.

"Il-preżentazzjoni ta' Mario Monti wasslet għal diskussjoni siewja. Nittama li d-diversi punti mressqa mill-ministri llum ser jgħinu lill-Kummissjoni hekk kif tibda tirrifletti dwar riforma possibbli tar-regoli dwar ir-riżorsi proprji", qal is-Sur Scicluna.

Programm tal-presidenza 

Il-Kunsill iddiskuta l-programm ta' ħidma tal-presidenza Maltija għall-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji sa Ġunju 2017.

Il-programm ikopri s-servizzi finanzjarji, il-governanza ekonomika, l-investiment, it-tassazzjoni u l-baġit tal-UE.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025