"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 21/02/2017, 21 ta' Frar 2017

Riżultati ewlenin

Evitar tat-taxxa korporattiva - Diskrepanzi ibridi

Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu rigward regoli mmirata biex jeliminaw 'diskrepanzi ibridi' mas-sistemi tat-taxxa ta' pajjiżi terzi.

L-abbozz ta' direttiva huwa l-aktar reċenti minn għadd ta' miżuri mfassla biex jipprevjenu l-evitar tat-taxxa minn kumpaniji kbar.

Dan ser iżommhom milli jisfruttaw id-differenzi bejn żewġ ġurisdizzjonijiet jew aktar tat-taxxa biex inaqqsu l-obbligazzjoni ta' taxxa inġenerali tagħhom.

U ser jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-OECD tal-2015 li jindirizzaw l-erożjoni tal-bażi tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitt (BEPS) korporattiva.

''L-UE tinsab fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa'', qal Edward Scicluna, ministru għall-finanzi ta' Malta, li bħalissa għandha l-presidenza tal-Kunsill. ''Irridu niżguraw l-implimentazzjoni koerenti fil-liġi tal-UE tal-pjan ta' azzjoni dwar il-BEPS tal-OECD.''

Il-proposta tindirizza d-diskrepanzi ibridi rigward pajjiżi li mhumiex fl-UE, minħabba li d-differenzi intra-UE huma koperti mid-'direttiva kontra l-evitar tat-taxxa' adottata f'Lulju 2016.

Lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx

Il-Kunsill evalwa l-ħidma fuq lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi li ma jikkooperawx fi kwistjonijiet ta' tassazzjoni.

Din l-inizjattiva ssegwi l-istrateġija esterna tal-UE għat-tassazzjoni u ser tikkontribwixxi għall-isforzi li għaddejjin biex jipprevjenu l-evażjoni tat-taxxa.

''L-għan tagħna li nistabbilixxu lista tal-UE hu li nippromwovu standards tajbin li diġà huma applikabbli fl-UE'', qal is-Sur Scicluna. ''Il-ġurisdizzjonijiet ser ikunu soġġetti għal skrinjar. Huma ser jiġu inklużi fil-lista jekk ikun determinat li l-politiki tat-tassazzjoni tagħhom ma jaqblux mal-istandards minimi tagħna.''

Il-Kunsill huwa mistenni jiffinalizza l-lista ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx qabel tmiem l-2017.

Il-ħidma qed titwettaq b'mod parallel mill-forum globali tal-OECD dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni għal finijiet tat-taxxa.

Kwistjonijiet baġitarji tal-UE

Il-Kunsill stabbilixxa l-prijoritajiet tiegħu għall-baġit tal-UE għall-2018, waqt li appella għal baġit realistiku li joħloq bilanċ ġust bejn il-konsolidament fiskali u l-investimenti ġodda li jwasslu għat-tkabbir u l-impjiegi.

Il-ministri appellaw ukoll biex il-baġit tal-2018 jipprovdi riżorsi adegwati biex ikomplu jappoġġaw prijoritajiet tradizzjonali u li qed jevolvu fi ħdan l-UE, jiġifieri biex jgħinu l-irkupru ekonomiku, jindirizzaw sfidi umanitarji u tas-sigurtà u jonoraw l-impenji li ttieħdu.

Il-Kunsill irrakkomanda wkoll lill-Parlament Ewropew biex jagħti kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għall-2015.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025