"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 08/11/2016, 8 ta' Novembru 2016

Riżultati ewlenin

Lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx

Il-Kunsill qabel dwar il-kriterji u l-proċess għall-istabbiliment ta' lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx fi kwistjonijiet ta' tassazzjoni.

L-iskrinjar ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx mistenni li jitlesta sa Settembru 2017, biex b'hekk il-Kunsill ikun jista' japprova l-lista sa tmiem l-2017. Huwa maħsub biex ikun proċess kontinwu u regolari.

L-inizjattiva hija reazzjoni għall-pakkett ta' proposti tal-Kummissjoni ta' Jannar 2016 biex tipprevjeni l-evitar tat-taxxa korporattiva, kif ukoll għar-rivelazzjonijiet tal-Panama Papers f'April 2016.

“Il-ftehim tal-lum bejn l-istati membri kollha huwa parti essenzjali tal-istrateġija konġunta tal-UE tagħna biex negħlbu l-isfidi globali bħall-erożjoni tal-bażi tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitt. Huwa juri li qed nagħmlu progress fl-isforzi tagħna biex inkunu minn ta' quddiem nett f'dan il-qasam. Dan huwa l-ewwel pass kruċjali fil-proċess li ser isir matul l-2017. Ser jibda djalogu ma' dawk il-pajjiż li jonqsu milli jaderixxu mal-kriterji li stabbilixxejna, u huma biss dawk il-ġurisdizzjonijiet li jirrifjutaw li jikkooperaw u jirrifjutaw li jissodisfaw il-kriterji fi żmien mitlub li ser jitqiegħdu fuq l-hekk imsejħa lista sewda. L-għan ewlieni tagħna huwa li nagħtu inċentiv u mhux li nikkastigaw.

Peter Kažimír, ministru għall-finanzi Slovakk u president tal-Kunsill.

Riforma tat‑taxxa korporattiva

Il-Kunsill iddiskuta pakkett ta' proposti li għandhom l-għan li jirriformaw il-mod kif jiġu ntaxxati l-kumpaniji fl-UE.

Il-pakkett jinkludi proposti ġodda għal bażi komuni konsolidata tat-taxxa korporattiva. Il-Kummissjoni tipproponi ġabra unika ta' regoli għall-kalkolu tal-profitti taxxabbli tal-kumpaniji fl-UE kollha, b'dispożizzjonijiet li jimpedixxu l-opportunitajiet għall-evażjoni tat-taxxa korporattiva. Il-pakkett jinkludi wkoll sistema ġdida dwar ir-riżoluzzjoni ta' tilwim dwar taxxa doppja, u miżuri biex jingħalqu d-diskrepanzi ibridi bejn is-sistemi fiskali tal-istati membri u dawk tal-pajjiżi terzi.

Il-ħidma fuq il-proposta bdiet fil-livell tekniku, b’enfasi inizjali fuq il-proposta li tittratta d-diskrepanzi ibridi.

Evażjoni tat-taxxa u ħasil tal-flus

Il-Kunsill qabel dwar proposta li tagħti aċċess lill-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni li tkun għand l-awtoritajiet responsabbli għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus.

Id-direttiva ser tirrikjedi li l-istati membri jippermettu l-aċċess għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta’ kumpaniji. Għandha tapplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Il-proposta hi waħda minn għadd ta' miżuri ppreżentati mill-Kummissjoni f'Lulju 2016, wara r-rivelazzjonijiet tal-Panama Papers f'April 2016.

Il-Kunsill ser jadotta d-direttiva ladarba l-Parlament Ewropew ikun ħareġ l-opinjoni tiegħu.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025