"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 21/03/2017, 21 ta' Marzu 2017

Riżultati ewlenin

Politika ekonomika u fiskali

Il-Kunsill iddiskuta l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi skont is- “Semestru Ewropew”, b’fokus fuq l-esperjenzi tar-riforma f’dan il-qasam fl-istati membri. Dan irriżulta fi skambju ta’ fehmiet dwar kif dawn l-esperjenzi ħallew impatt fuq l-ambjent tan-negozju.

“L-uniku mod biex il-pajjiżi jegħlbu l-'għeja mir-riformi’ hu li jkun hemm feedback minn stati membri oħra dwar kif irnexxielhom jiġġestixxu r-riformi b’mod aktar pożittiv”, qal Edward Scicluna, ministru għall-finanzi ta’ Malta, li bħalissa għandha l-presidenza tal-Kunsill. “Il-preżentazzjonijiet fil-Kunsill ta’ llum laħqu dan l-objettiv”.

Laqgħa tal-G20

Il-ministri ddiskutew l-eżitu ta’ laqgħa tal-ministri tal-finanzi u l-gvernaturi tal-banek ċentrali tal-G20 li saret f’Baden-Baden fis-17 u t-18 ta’ Marzu 2017, wara li ngħataw aġġornament mill-Presidenza Maltija, il-Kummissjoni u l-pajjiż ospitanti tal-ministri għall-finanzi tal-G20, il-Ġermanja.

Matul il-laqgħa saru diskussjonijiet dwar l-ekonomija globali, patt mal-Afrika, l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, it-tassazzjoni, ir-regolamentazzjoni finanzjarja, ir-rimessi u l-azzjonijiet kontra l-ħasil tal-flus.

Din kienet l-ewwel minn żewġ laqgħat ta' dan it-tip qabel is-summit tal-G20 ta’ Lulju f’Hamburg.

Taxxa fuq il-valur miżjud

Il-Kunsill iddiskuta proposta li tawtorizza rati mhux standard tal-VAT għal pubblikazzjonijiet elettroniċi u proposta li tippermetti inverżjoni ġeneralizzata iżda temporanja tar-responsabbiltà bħala mezz ta' prevenzjoni tal-frodi tal-VAT.

L-ewwel proposta tipprevedi l-possibbiltà ta' allinjament tar-regoli għal pubblikazzjonijiet elettroniċi - li bħalissa qed jiġu intaxxati bir-rata standard tal-VAT - ma' dawk għal pubblikazzjonijiet 'fiżiċi’, li jibbenifikaw minn rati mnaqqsa varji. Hija parti minn sforz usa’ biex il-VAT tiġi modernizzata skont il-pjan tas-‘suq uniku diġitali’ tal-UE.

It-tieni proposta hija risposta għal talba mill-istati membri partikolarment affettwati mill-frodi tal-VAT. Il-'mekkaniżmu tar-reverse charge ġeneralizzat' jinvolvi t-trasferiment tar-responsabbiltà għall-ħlasijiet tal-VAT mill-fornitur għall-klijent għal provvisti domestiċi li jaqbżu limitu speċifikat.

Il-ħidma ser tkompli fid-dawl tal-kummenti mill-ministri, bl-għan li jintlaħaq ftehim dwar iż-żewġ proposti.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025