- Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 06/12/2016, 6 ta' Diċembru 2016
Riżultati ewlenin
Evitar tat‑taxxa korporattiva: Diskrepanzi ibridi
Il-Kunsill għamel progress ulterjuri fil-prevenzjoni tal-evitar tat-taxxa korporattiva, hekk kif laħaq kunsens wiesa' dwar abbozz ta' direttiva mmirata lejn l-eliminazzjoni tad-'diskrepanzi ibridi' mas-sistemi fiskali ta' pajjiżi terzi.
Wara diskussjonijiet intensivi, il-Kunsill qabel fuq test stabbli għall-biċċa l-kbira tad-dispożizzjonijiet, u tħallew biss żewġ kwistjonijiet biex jiġu solvuti fil-ġimgħat li ġejjin: regoli li jippermettu lill-istati membri japplikaw eżenzjonijiet limitati u d-data ta' implimentazzjoni.
"Din id-direttiva ser iżżomm lill-kontribwenti ta' taxxa korporattiva milli jisfruttaw id-diskrepanzi bejn ġurisdizzjonijiet tat-taxxa sabiex inaqqsu r-responsabbiltà fiskali globali tagħhom", qal Peter Kažimír, Ministru Slovakk għall-finanzi u president tal-Kunsill. "Dawn l-arranġamenti huma mifruxa u jwasslu għal erożjoni sostanzjali tal-bażijiet taxxabbli ta' kontribwenti tat-taxxa korporattiva fl-UE”.
"Xogħolna hawnhekk juri li aħna serji dwar il-ġlieda kontra prattiki illeċiti fil-qasam tat-taxxa kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak globali, f'koordinazzjoni u kooperazzjoni mal-G20 u l-OECD", huwa stqarr.
Pjan ta' investiment għall-Ewropa
Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar proposta biex jiġi estiż it-tul ta' ħajja tal-fond Ewropew għall-investimenti strateġiċi (FEIS), l-inizjattiva ewlenija tal-UE taħt il-pjan ta' Investiment tagħha għall-Ewropa.
Huwa qabel li jestendi l-fond kemm f'termini ta' tul ta' żmien kif ukoll ta' kapaċità finanzjarja, b'mira ta' investiment ta' nofs triljun euro għall-2020. Il-proposta tintroduċi wkoll titjib operazzjonali biex jittieħed kont tat-tagħlimiet meħuda mill-ewwel sena ta' implimentazzjoni.
Ser jibdew taħditiet mal-Parlament Ewropew ladarba l-Parlament ikun laħaq qbil dwar il-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu.
"L-Ewropa qed tiffaċċa ħafna sfidi bħalissa u l-ħtieġa li tingħata spinta lill-investiment hija waħda minnhom. Jeħtieġ li nagħmlu l-parti tagħna", qal is-Sur Kažimír. "Il-ftehim tal-lum ifisser li qed inwettqu waħda mill-prijoritajiet prinċipali tagħna, skont il-pjan direzzjonali ta' Bratislava maqbul f'Settembru. Huwa wkoll pass kruċjali fid-direzzjoni t-tajba."
"Ninsab fiduċjuż li FEIS akbar, aktar intelliġenti u aktar effettiv appoġġat minn unjoni tas-swieq kapitali li tiffunzjona sew huwa triq tajba 'l quddiem", huwa qal.
Il-Kunsill adotta wkoll konklużjonijiet dwar l-ostakli għall-investiment, tema ewlenija oħra tal-pjan ta' investiment.
Huwa appella lill-Kummissjoni biex tieħu kont tal-ostakli għall-investiment fir-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar il-politika ekonomika, u lill-istati membri biex jimplimentaw bis-sħiħ dawk ir-rakkomandazzjonijiet.
Tassazzjoni: Informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja
Il-Kunsill adotta direttiva li tagħti aċċess lill-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet responsabbli għall-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus.
Id-direttiva ser tippermetti lill-awtoritajiet tat-taxxa jkollhom aċċess għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta' kumpaniji fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni xierqa tar-regoli ta' tassazzjoni.
B'hekk ser tgħin fil-prevenzjoni tal-evażjoni tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Riżultati tal-laqgħa tal-Kunsill
- Lista ta' punti A, deliberazzjoni leġislattiva, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 6 ta' Diċembru 2016
- Lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 6 ta' Diċembru 2016
- Programm indikattiv - Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tas-6 ta' Diċembru 2016
- Aġenda proviżorja, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 6 ta' Diċembru 2016
- Nota ta' informazzjoni
- Lista ta' parteċipanti
Stqarrijiet għall-istampa
Kooperazzjoni UE-NATO: il-Kunsill jadotta konklużjonijiet biex jimplimenta d-Dikjarazzjoni Konġunta - 06/12/2016
Il-Kunsill jiftaħ kapitolu ġdid fir-relazzjonijiet bejn l-UE u Kuba - 06/12/2016
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-bini ta' sistema ta' taxxa korporattiva ġusta, kompetittiva u stabbli għall-UE - 06/12/2016
Konklużjonijiet dwar l-indirizzar tal-ostakli għall-investiment identifikati taħt it-Tielet Pilastru tal-Pjan ta' Investiment. - 06/12/2016
Pjan ta' Investiment għall-Ewropa: Estensjoni tal-FEIS maqbula mill-Kunsill - 06/12/2016
Tassazzjoni: Il-Kunsill jadotta direttiva dwar aċċess għal informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja - 06/12/2016
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Patrick McCullough Press officer
- +32 471 33 38 46
- +32 2 281 91 19
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #ECOFIN
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025