- Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 16/06/2017, 16 ta' Ġunju 2017
Riżultati ewlenin
Banek
Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar parti minn pakkett ta’ proposti mmirati biex inaqqsu r-riskju fl-industrija bankarja.
It-testi huma dwar il-gradi għall-istrumenti ta’ dejn mhux garantit fi proċedimenti ta’ insolvenza u arranġamenti transizzjonali għall-introduzzjoni gradwali tal-impatt fuq il-kapital regolatorju tal-istandard internazzjonali tal-kontabilità IFRS 9.
It-testi jipprevedu wkoll it-tneħħija gradwali ta’ dispożizzjonijiet dwar it-trattament ta’ skoperturi kbar ta’ dejn tas-settur pubbliku denominati f’valuti mhux domestiċi fl-UE.
"Dawn il-proposti huma stabbiliti biex jgħinu lill-banek tagħna jsiru aktar reżiljenti għal xokkijiet fid-dawl ta’ standards prudenzjali ġodda miftehmin fil-livell internazzjonali. Iddeċidejna li nagħmlu dawn it-testi prijorità u nittamaw li l-Parlament ikun jista’ jibda n-negozjati sal-aħħar ta’ din is-sena", qal Edward Scicluna, ministru għall-finanzi ta’ Malta, li bħalissa għandha l-presidenza tal-Kunsill.
Proċedura ta’ defiċit eċċessiv - Politiki ekonomiċi u fiskali
Il-Kunsill għalaq il-proċeduri ta’ defiċit eċċessiv għall-Kroazja u l-Portugall, waqt li kkonferma li d-defiċits tagħhom niżlu għal taħt il-valur ta’ referenza tal-UE ta’ 3 % tal-PDG.
B'konsegwenza, huma biss erbgħa mit-28 stat membru tal-UE li ser jibqgħu soġġetti għall-proċeduri ta’ defiċit eċċessiv, b’hekk tkompli x-xejra pożittiva li bdiet fl-2011.
Il-Kunsill approva wkoll ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-2017 li għamel għall-istati membri dwar il-politiki ekonomiċi u fiskali tagħhom.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
- Programm indikattiv - laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 16 ta' Ġunju 2017
- Nota ta' informazzjoni
- Aġenda proviżorja, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 16 ta’ Ġunju 2017
- Lista ta’ punti A, deliberazzjonijiet leġislattivi, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 16 ta’ Ġunju 2017
- Lista ta’ punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 16 ta’ Ġunju 2017
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Il-Kroazja u l-Portugall: Defiċit taħt it-3 % tal-PDG, il-proċeduri magħluqin - 16/06/2017
Politika ekonomika u fiskali: Il-Kunsill japprova r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għall-2017 - 16/06/2017
Settur bankarju: Qbil fil-Kunsill dwar il-ġerarkija tal-kredituri, l-IFRS 9 u skoperturi kbar - 16/06/2017
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Patrick McCullough Press officer
- +32 471 33 38 46
- +32 2 281 91 19
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #ECOFIN
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025