"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 11/07/2017, 11 ta' Lulju 2017

Riżultati ewlenin

Settur bankarju - Self improduttiv

Il-Kunsill approva pjan ta' azzjoni biex tiġi indirizzata l-problema ta' self improduttiv (non-performing loans - NPLs) fis-settur bankarju.

Iddeskriva taħlita ta' azzjonijiet ta' politika biex jgħinu biex jitnaqqsu l-istokkijiet ta' NPLs, li għadhom f'livelli għoljin fl-UE, u biex jipprevjenu li jitfaċċaw fil-futur.

“Is-self improduttiv huwa problema għall-industrija bankarja li s-soluzzjonijiet għalih sa issa ġew prinċipalment iddefiniti fil-livell nazzjonali”, qal Toomas Tõniste, il-ministru għall-finanzi tal-Estonja, li bħalissa għandha l-presidenza tal-Kunsill. “Jeħtieġ li nagħmlu lil dawn ir-riżorsi disponibbli, nagħmlu s-sistema finanzjarja tagħna aktar reżiljenti u nipprevjenu lill-kwistjonijiet tal-NPLs milli jerġgħu jitfaċċaw fil-futur."

Fuq il-bażi ta’ rapport espert, il-Kunsill enfasizza l-ħtieġa għal azzjoni fir-rigward ta’:

  • superviżjoni tal-banek
  • ir-riforma tal-oqfsa tal-insolvenza u tal-irkupru tad-dejn
  • l-iżvilupp ta’ swieq sekondarji għall-NPLs
  • ir-ristrutturar tal-industrija bankarja.

Qabel li jerġa' lura għall-kwistjoni regolarment.

Unjoni tas-swieq kapitali - Rieżami ta' nofs it-terminu

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar ir-rieżami mill-Kummissjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE għal unjoni tas-swieq kapitali.

Il-Kunsill ġedded l-impenn tiegħu għall-pjan ta' azzjoni, li huwa mmirat lejn l-assigurazzjoni ta' unjoni tas-swieq kapitali vera u proprja sa tmiem l-2019. Huwa appoġġa għadd ta' inizjattivi prijoritarji li għamlet il-Kummissjoni.

Enfasizza l-progress tajjeb li sar s'issa, bi kważi żewġ terzi tal-azzjonijiet diġà mwettqa. Madankollu feġġew għadd ta' sfidi, u magħhom inħasset il-ħtieġa li l-pjan jissaħħaħ.

"L-ekonomija Ewropea sejra għall-aħjar b'ritmu tajjeb. Dak li għandna bżonn l-aktar huwa iżjed investiment. Huwa għalhekk li l-unjoni tas-swieq kapitali hija fuq quddiem fl-aġenda Estonjana", qal is-Sur Tõniste. "Biex jiġi żgurat tkabbir ekonomiku sostenibbli fit-tul, huwa essenzjali li titwessa' l-firxa ta' sorsi disponibbli għall-finanzjament, b'mod partikolari għal kumpaniji żgħar u innovattivi."

Programm tal-presidenza

Il-Kunsill iddiskuta l-prijoritajiet tal-presidenza Estonjana f'dak li jirrigwarda l-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji.

Il-punt ta' attenzjoni tal-attivitajiet sa tmiem l-2017 ser ikun:

  • l-unjoni bankarja u l-unjoni tas-swieq kapitali tal-UE
  • it-tassazzjoni, b'enfasi fuq l-ekonomija diġitali u l-modernizzazzjoni tal-VAT
  • il-baġit tal-UE
  • il-governanza ekonomika
  • il-futur u l-finanzjament tal-UE u l-unjoni ekonomika u monetarja tagħha.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025