"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 10/10/2017, 10 ta' Ottubru 2017

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill adotta direttiva li tintroduċi sistema ġdida għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-taxxa doppja bejn l-istati membri. Id-direttiva ssaħħaħ il-mekkaniżmi użati għas-soluzzjoni tat-tilwim bejn l-istati membri li jirriżulta mill-interpretazzjoni ta' ftehimiet dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja.

"Din is-sistema l-ġdida hija ħafna aħjar. Hija ser tinkoraġġixxi l-investiment billi toħloq ambjent fiskali aktar favorevoli u tnaqqas l-ispejjeż għan-negozji," qal Toomas Tõniste, ministru għall-finanzi tal-Estonja, li attwalment għandha l-presidenza tal-Kunsill.

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jistabbilixxu l-pożizzjoni tal-UE dwar it-tibdil fil-klima qabel il-konferenza li jmiss tal-partijiet għall-konvenzjoni tan-NU dwar it-tibdil fil-klima, li ser issir f'Bonn f'Novembru 2017. Il-konklużjonijiet ser iservu bħala mandat għan-negozjaturi tal-UE dwar l-aspetti finanzjarji tat-tibdil fil-klima. Il-konferenza ta' Bonn hija parti mis-segwitu għall-ftehim globali li ntlaħaq f'Pariġi f'Diċembru 2015.

L-UE u l-istati membri tagħha ħadu l-impenn li jżidu l-kontribuzzjonijiet finanzjarji pubbliċi tagħhom matul snin li ġejjin. Il-konklużjonijiet jappellaw għall-parteċipazzjoni ta' firxa usa' ta' kontributuri, filwaqt li jħeġġu lil pajjiżi żviluppati oħra biex jonoraw l-impenji tagħhom u biex jimmobilizzaw il-finanzjament privat.

Il-ministri evalwaw il-proċess ta' monitoraġġ tal-politika tas-'Semestru Ewropew' tal-2017 bl-għan li l-eżerċizzju jkun mingħajr xkiel u aktar effettiv. Huma ddiskutew it-tħejjijiet għal-laqgħat tal-G20 u tal-FMI li ser isiru f'Washington f'nofs Ottubru. U l-Kummissjoni ppreżentat pakkett ta' proposti biex tirriforma s-sistema tal-VAT tal-UE, kif ukoll l-approċċ ta' politika ssuġġerit min-naħa tagħha dwar it-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025