"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 23/05/2017, 23 ta' Mejju 2017

Riżultati ewlenin

Taxxa doppja - Soluzzjoni tat-tilwim

Il-Kunsill qabel dwar sistema ġdida għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-taxxa doppja bejn stati membri.

Il-proposta għandha l-għan li ttejjeb il-mekkaniżmi li jintużaw meta jinqala' t-tilwim minħabba l-interpretazzjoni tal-ftehimiet dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja.

"Din id-direttiva hija parti importanti mill-pjan tagħna li nsaħħu ċ-ċertezza tat-taxxa u ntejbu l-ambjent kummerċjali fl-Ewropa", qal Edward Scicluna, ministru għall-finanzi ta' Malta, li bħalissa għandha l-presidenza tal-Kunsill.

L-abbozz ta' direttiva jirrikjedi li l-mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim ikunu obbligatorji u vinkolanti, b'limiti ta' żmien ċari u obbligu li jiksbu riżultati. B’hekk ser isaħħaħ iċ-ċertezza tat-taxxa u l-ambjent li fih joperaw in-negozji.

Bażi komuni għat-taxxa korporattiva

Il-Kunsill iddiskuta proposta għal bażi komuni tat-taxxa korporattiva (BKTK) fl-UE, li għandha l-għan li tnaqqas il-piż amministrattiv tal-kumpaniji multinazzjonali.

It-test jirrevedi proposta tal-2011 li kienet ġiet irtirata u sostitwita bi proposti għal riforma tat-taxxa korporattiva f’żewġ stadji.

Jistabbilixxi ġabra unika tar-regoli dwar il-kalkolu tal-obbligazzjoni tat-taxxa korporattiva għall-kumpaniji.

Il-presidenza kkonfermat li beħsiebha tkompli d-diskussjonijiet dwar l-elementi l-ġodda tal-proposta, u li għandu jiġu previst livell xieraq ta’ flessibilità. Ladarba l-ġabra tar-regoli dwar il-BKTK tiġi approvata, ser tiġi kkunsidrata, mingħajr dewmien, proposta separata dwar il-konsolidazzjoni tat-taxxa (BKKTK).

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025