"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 23/01/2018, 23 ta' Jannar 2018

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill neħħa 8 ġurisdizzjonijiet mil-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' tassazzjoni, wara l-impenji meħuda f'livell politiku għoli biex jirrimedjaw x'qed iħasseb lill-UE.

Barbados, l-Emirati Għarab Magħquda, Grenada, ir-Repubblika tal-Korea, ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Macao, il-Mongolja, il-Panama u t-Tuneżija tmexxew għal kategorija separata ta' ġurisdizzjonijiet soġġetti għal monitoraġġ mill-qrib.

"Il-proċess ta' elenkar tagħna diġà qed juri xi jsarraf", qal Vladislav Goranov, ministru għall-finanzi tal-Bulgarija, li bħalissa għandha l-presidenza tal-Kunsill. "Il-ġurisdizzjonijiet tad-dinja ħadmu qatigħ biex jieħdu impenji għar-riforma tal-politiki tat-tassazzjoni tagħhom. L-għan tagħna huwa li nippromwovu kriterji tal-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa b'mod globali."

Id-deċiżjoni tħalli 9 ġurisdizzjonijiet fuq il-lista ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx mis-17 li tħabbru fil-bidu fil-5 ta' Diċembru 2017.

Il-ministri ddiskutew miżuri biex jiġi indirizzat is-self improduttiv fis-settur bankarju.

Il-Kummissjoni qed tippjana miżuri għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tal-Kunsill ta' Lulju 2017 dwar is-self improduttiv.

Il-Kunsill iddiskuta l-prospetti ta' tkabbir u l-iżbilanċi makroekonomiċi fil-qafas tas-"Semestru Ewropew", il-proċess annwali ta' monitoraġġ tal-politika tal-UE.

Huwa adotta konklużjonijiet u approva abbozz ta' rakkomandazzjoni dwar il-politiki ekonomiċi taż-żona tal-euro.

Il-ministri ddiskutew ukoll l-iżvilupp ulterjuri tal-unjoni ekonomika u monetarja tal-UE, kif ukoll il-prijoritajiet tal-presidenza Bulgara fir-rigward tal-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025