"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 13/03/2018, 13 ta' Marzu 2018

Riżultati ewlenin

Il-ministri laħqu qbil dwar rekwiżiti ta’ trasparenza għal intermedjarji tat-taxxa.

Il-proposta hija l-aħħar waħda minn għadd ta' miżuri mfassla biex jipprevjenu l-evitar tat‑taxxa korporattiva.

Din ser tesiġi li intermedjarji bħal konsulenti tat-taxxa, kontabilisti u avukati jirrappurtaw skemi ta' ppjanar tat-taxxa li jistgħu jkunu aggressivi. U l-istati membri ser ikunu meħtieġa jaqsmu dik l-informazzjoni awtomatikament, u b'hekk jippermettu li jittieħdu miżuri biex jimblukkaw arranġamenti ta' ħsara.

"It-tisħiħ fit-trasparenza huwa kruċjali għall-istrateġija tagħna biex niġġieldu l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa," qal Vladislav Goranov, ministru għall-finanzi tal-Bulgarija, li bħalissa għandha l-presidenza tal-Kunsill. "Jekk l-awtoritajiet jirċievu informazzjoni dwar skemi ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa qabel ma jiġu implimentati, ikunu jistgħu jagħlqu l-lakuni qabel ma jintilef id-dħul."

Il-Kunsill aġġusta l-lista tal-UE ta’ ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx fid-dawl ta’:

  • impenji li ħadu l-ġurisdizzjonijiet elenkati;
  • valutazzjoni tal-ġurisdizzjonijiet li għalihom ma tkun għandha ttieħdet l-ebda deċiżjoni ta' elenkar.

Huwa neħħa lill-Bahrain, il-Gżejjer Marshall u Saint Lucia mil-lista u żied lill-Bahamas, Saint Kitts u Nevis u l-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti.

Ittieħdu wkoll xi passi biex tittejjeb it-trasparenza fil-proċess ta' elenkar. Bħalissa qed issir pubblika l-korrispondenza ma’ ġurisdizzjonijiet ta’ pajjiżi terzi.

"Ninsab kuntent li nara aktar ġurisdizzjonijiet li elenkajna f'Diċembru jimpenjaw ruħhom biex jirriformaw il-politiki tat-taxxa tagħhom b'manjiera li tieħu ħsieb it-tħassib tagħna," qal is-Sur Vladislav Goranov. "Nappellaw lill-ġurisdizzjonijiet kollha fuq il-lista jagħmlu l-istess, u lil dawk kollha li diġà ħadu impenji biex jimplimentahom fil-ħin. L-għan tagħna huwa li tinkiseb trasparenza fiskali mad-dinja kollha".

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025