"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 05/12/2017, 5 ta' Diċembru 2017

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill approva u ppubblika lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx fi kwistjonijiet ta' tassazzjoni, bil-għan li tiġi promossa l-governanza tajba madwar id-dinja.

Il-lista hija maħsuba biex tikkontribwixxi għall-isforzi ta' prevenzjoni tal-frodi tat-taxxa u tal-evażjoni tat-taxxa. Il-ħidma tal-Kunsill fuq il-lista saret b'mod parallel mal-OECD.

"Din l-inizjattiva diġà qed turi x’issarraf, billi għadd ġmielu ta’ pajjiżi għamlu ħilithom biex jieħdu impenji, abbażi tal-kriterji tagħna, qabel l-iskadenza", qal Toomas Tõniste, ministru għall-finanzi tal-Estonja, li attwalment għandha l-presidenza tal-Kunsill. "Iżda huwa wkoll importanti li nissorveljaw mill-qrib l-implimentazzjoni tal-impenji meħuda mis-sħab tagħna madwar id-dinja."

"Dan mhuwiex sempliċement proċess ta' darba", kompla s-Sur Tõniste. "Ser nirrieżaminaw u naġġornaw regolarment il-lista fis-snin li ġejjin. L-għan tagħna huwa li niżguraw li governanza tajba tat-taxxi ssir in-norma l-ġdida."

Il-Kunsill qabel ukoll dwar il-kontribut tal-UE fid-diskussjonijiet fil-livell internazzjonali dwar it-"tassazzjoni diġitali". Il-konklużjonijiet tiegħu ser iservu wkoll bħala referenza għal aktar ħidma fil-livell tal-UE, inkluż bil-ħsieb tal-proposti leġislattivi tal-Kummissjoni mistennija kmieni fl-2018.

L-azzjoni hija meħtieġa peress li l-ekonomija diġitali hija ta' sfida għall-kunċetti maqbula tar-regoli internazzjonali dwar it-taxxa. Ir-regoli attwali dwar it-taxxa kienu tfasslu għall-ekonomija tradizzjonali u ma japplikawx għal attivitajiet li ma jeħtieġu l-ebda preżenza fiżika fil-pajjiż fejn jinbiegħu l-oġġetti u s-servizzi.

Il-Kunsill adotta regoli ġodda dwar il-VAT fuq il-kummerċ elettroniku. Il-proposti, li huma parti mill-istrateġija tal-UE għal "suq uniku diġitali", għandhom l-għan li jagħmluha aktar faċli għan-negozji li joperaw online biex jikkonformaw mal-obbligi tal-VAT. Huma ser jiffaċilitaw ukoll il-ġbir tal-VAT meta l-konsumaturi jixtru oġġetti u servizzi online, inkluż minn pajjiżi terzi.

Il-Kunsill irrieżamina l-ħidma fuq pakkett ta' miżuri bil-għan li jnaqqsu r-riskji fl-industrija bankarja, u fuq proposta għal skema Ewropea ta' assigurazzjoni tad-depożiti.

U l-Kummissjoni rrapportat dwar il-ħidma biex jiġi implimentat il-pjan ta' azzjoni tal-Kunsill ta' Lulju 2017 dwar is-self improduttiv fis-settur bankarju.

Sar progress fil-pakkett bankarju, u ntlaħaq qbil preliminari dwar firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet. Madankollu, għad fadal għadd ta' kwistjonijiet politiċi li jridu jiġu solvuti u dawn huma identifikati biċ-ċar fir-rapport ta' progress tal-presidenza.

Il-Kunsill għalaq proċedura ta' defiċit eċċessiv għar-Renju Unit u sab li r-Rumanija naqset milli tieħu azzjoni effettiva biex tikkoreġi devjazzjoni baġitarja sinifikanti.

Huwa ħareġ rakkomandazzjoni riveduta lir-Rumanija taħt il-"proċedura ta' devjazzjoni sinifikanti".

Tnejn biss mit-28 stat membru tal-UE ser jibqgħu soġġetti għall-proċeduri ta' defiċit eċċessiv, b'hekk tkompli x-xejra pożittiva li bdiet fl-2011.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025