"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 07/11/2017, 7 ta' Novembru 2017

Riżultati ewlenin

Il-Ministri ddiskutew regoli tal-VAT imtejba biex jgħinu fl-iffaċilitar tal-kummerċ elettroniku u n-negozji online.

Il-proposti għandhom l-għan li jagħmluha aktar faċli li jinxtraw u jinbiegħu oġġetti u servizzi online. Dawn huma parti mill-istrateġija għal "suq uniku diġitali" tal-UE. L-għan huwa wkoll li jittejjeb il-ġbir tal-VAT fuq servizzi diġitali.

Il-presidenza kkonfermat li d-diskussjonijiet ser ikomplu bil-ħsieb li jintlaħaq qbil qabel tmiem l-2017.

"Għandna bżonn ta' regoli ġodda biex nadattaw is-sistema tagħna tal-VAT għall-era diġitali", qal Toomas Tõniste, Ministru għall-Finanzi tal-Estonja, li bħalissa għandha l-presidenza tal-Kunsill. "Bħalissa qed nersqu lejn qbil u nittamaw li nikkonkludu dalwaqt."

Il-ministri ddiskutew il-proposti bil-għan li tissaħħaħ is-superviżjoni finanzjarja u tiġi mħeġġa l-integrazzjoni tas-suq tal-kapital fl-Ewropa.

L-għan huwa li s-swieq finanzjarji jkunu jistgħu jaħdmu b'mod aktar effettiv u jindirizzaw aħjar l-isfidi l-ġodda. Il-bidliet għar-relazzjonijiet superviżorji ma' pajjiżi mhux tal-UE ser jiżguraw ġestjoni aħjar tar-riskji kollha tas-settur finanzjarju.

Ir-riformi jikkontribwixxu għall-pjan tal-UE biex tiżgura unjoni tas-swieq tal-kapital sa tmiem l-2019, li għalih il-ministri reġgħu esprimew appoġġ qawwi. L-esperti nazzjonali ser ikomplu bil-ħidma dwar il-proposti, u ser jibdew b'emendi mmirati li jindirizzaw in-nuqqasijiet fis-sistema attwali.

Il-Qorti tal-Awdituri ppreżentat ir-rapport annwali tagħha dwar il-ġestjoni tal-baġit tal-UE, li jikkonferma titjib sostnut f'livelli stmati ta' żbalji fil-pagamenti.

Abbażi tar-rapport, ser ikun deċiż jekk tinħariġx kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għall-2016.

Il-Kunsill adotta wkoll konklużjonijiet dwar it-triq 'il quddiem fl-iżvilupp ta' sistemi tal-IT doganali.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025