"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 20 ta' Frar 2018

Riżultati ewlenin

Il-ministri ddiskutew ir-rakkomandazzjonijiet ta' grupp ta' esperti ta' livell għoli dwar finanzi sostenibbli.

L-istrateġija tal-UE dwar finanzi sostenibbli ser tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-ftehim tal-2015 tan-NU dwar it-tibdil fil‑klima. Hija wkoll parti mill-pjan tal-UE li tiżviluppa unjoni tas-swieq kapitali sa tmiem l-2019.

Il-Kummissjoni mistennija tippreżenta pjan ta' azzjoni f'Marzu 2018.

"Il-ftehim ta' Pariġi kien stadju kruċjali għall-ekonomija dinjija u l-UE qed tmexxi t-tranżizzjoni lejn soċjetà b'emissjoni baxxa ta' karbonju", qal Vladislav Goranov, ministru għall-finanzi tal-Bulgarija, li bħalissa għandha l-presidenza tal-Kunsill. "Nemmen li l-fehmiet li ngħataw illum iservu bħala punti ta' riflessjoni għall-Kummissjoni meta tiffinalizza l-pjan ta' azzjoni tagħha", huwa qal.

Il-Kunsill adotta linji gwida għall-baġit tal-UE għall-2019, fejn enfasizza li użu trasparenti u effettiv tal-baġit ser isaħħaħ il-kredibilità tal-UE maċ-ċittadini tagħha.

Il-linji gwida jappellaw għal ibbaġitjar prudenti, b'riżorsi adegwati sabiex isostnu l-prijoritajiet waqt li jitħalla marġni suffiċjenti biex jiġu ttrattati ċirkustanzi mhux mistennija. Il-konċentrazzjoni għandha tkun fuq programmi u azzjonijiet b'valur miżjud mill-UE.

Il-ministri rrakkomandaw ukoll li l-Parlament Ewropew jagħti kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għall-2016.

Il-Kunsill ħareġ rakkomandazzjoni li tikkonferma n-nomina ta' Luis de Guindos bħala viċi president tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Ir-rakkomandazzjoni ser tiġi ppreżentata lill-Kunsill Ewropew għal deċiżjoni fit-22-23 ta' Marzu 2018. Sadanittant ser jiġu kkonsultati l-Parlament Ewropew u l-kunsill governattiv tal-BĊE.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025