Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (Baġit), 15-18 ta' Novembru 2019

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill approva qbil dwar il-baġit tal-UE għall-2020 milħuq mal-Parlament Ewropew fil-kumitat ta' konċiljazzjoni. Il-baġit jiffoka bis-sħiħ fuq it-tkabbir u l-kompetittività, l-azzjoni klimatika u prijoritajiet oħra tal-UE bħas-sigurtà u l-ġestjoni tal-migrazzjoni.

It-total tal-impenji ġie ffissat għal €168.7 biljun. Dan huwa żieda ta' 1.5% meta mqabbel mal-baġit tal-2019 kif emendat. €1.5 biljun inżammu disponibbli taħt il-limiti massimi tal-infiq tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-2014-2020, li jippermetti lill-UE tirreaġixxi għal ħtiġijiet mhux prevedibbli.

It-total ta' pagamenti jammonta għal €153.6 biljun, 3.4% aktar mill-2019. Din iż-żieda tirrifletti l-implimentazzjoni kontinwa tal-programmi tal-2014-2020 bl-iktar ħeffa possibbli. L-għan huwa li jiġu żgurati pagamenti f'waqthom lill-benefiċjarji u tiġi evitata akkumulazzjoni sostanzjali ta' talbiet għall-pagament matul il-ftit snin li ġejjin, b'mod partikolari b'rabta mal-politika ta' koeżjoni.

Iċ-ċifri maqbula huma bbażati fuq il-premessa li r-Renju Unit ser ikompli jipparteċipa bis-sħiħ fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għall-2020.

Kimmo Tiilikainen, Segretarju tal-Istat, Ministeru għall-Finanzi tal-Finlandja, kap negozjatur tal-Kunsill għall-baġit tal-UE għall-2020
Il-baġit tas-sena li jmiss isaħħaħ l-appoġġ għall-oqsma ta' prijorità u l-programmi bl-aqwa prestazzjoni tal-UE. Huwa jiżgura wkoll approċċ realistiku, filwaqt li jitqiesu l-interessi tal-kontribwenti u l-ħtieġa li jiġu indirizzati sfidi ġodda li jistgħu jfeġġu fl-2020. Nixtieq nenfasizza b'mod partikolari l-mixja lejn baġit tal-UE aktar ''ekoloġiku'' u niżgura li huwa jservi biex jappoġġa l-aġenda klimatika tal-UE.
Kimmo Tiilikainen, Segretarju tal-Istat, Ministeru għall-Finanzi tal-Finlandja, kap negozjatur tal-Kunsill għall-baġit tal-UE għall-2020
Kimmo Tiilikainen, Segretarju tal-Istat, Ministeru għall-Finanzi tal-Finlandja, kap negozjatur tal-Kunsill għall-baġit tal-UE għall-2020

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025