"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 10/10/2019, 10 ta' Ottubru 2019

Riżultati ewlenin

Ħasil tal-flus

Pjan ta' azzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus

Il-Kunsill iddiskuta l-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus stabbilit f'Diċembru 2018, kif ukoll prijoritajiet strateġiċi li ser jiggwidaw l-azzjonijiet fit-tul tal-Kummissjoni. Il-Kunsill mistenni jadotta konklużjonijiet dwar il-kwistjoni f'Diċembru 2019.

Mika Lintilä, ministru għall-finanzi tal-Finlandja li bħalissa għandu l-presidenza tal-Kunsill
L-indirizzar effettiv tal-korruzzjoni, it-traffikar, l-evażjoni tat-taxxa jew it-terroriżmu jfisser l-indirizzar effettiv tal-flussi illegali tal-flus li jiffinanzjaw dawn l-attivitajiet. Hekk kif il-kriminalità ssir dejjem aktar transkonfinali, jeħtieġ li l-UE tadatta l-qafas regolatorju tagħha biex tiżgura s-sigurtà taċ-ċittadini tagħha u l-integrità tas-sistema finanzjarja tagħha.
Mika Lintilä, ministru għall-finanzi tal-Finlandja li bħalissa għandu l-presidenza tal-Kunsill
Mika Lintilä, ministru għall-finanzi tal-Finlandja li bħalissa għandu l-presidenza tal-Kunsill

Il-ministri evalwaw in-nuqqasijiet identifikati mill-Kummissjoni fil-pakkett tagħha ta' rapporti ta' Lulju 2019, inkluż rieżami "post-mortem" ta' każijiet reċenti allegati ta' ħasil ta' flus li jinvolvu banek tal-UE. Huma enfasizzaw l-importanza li jiġu implimentati r-riformi maqbulin dan l-aħħar, b'mod partikolari l-ħames reviżjoni tad-direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (AML), ir-rekwiżiti ġodda ta' kapital għall-banek (CRD5) u s-sistema Ewropea riveduta ta' superviżjoni finanzjarja, u li jissaħħu l-kooperazzjoni u l-iskambji ta' informazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti. Il-ministri qiesu wkoll il-possibbiltà li jkomplu jiġu armonizzati r-regoli dwar l-AML, b'mod partikolari billi d-direttiva AML tinbidel f'regolament u jiġu kkonferiti kompiti superviżorji speċifiċi tal-AML lil korp tal-UE.

Politika għall-"pajjiżi terzi b'riskju għoli"

Il-ministri kellhom skambji ta' fehmiet dwar l-elementi ewlenin tal-metodoloġija riveduta tal-Kummissjoni għat-tħejjija ta' lista ta' "pajjiżi terzi b'riskju għoli" fil-qasam tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Ladarba jintlaħaq qbil dwar il-metodoloġija, il-Kummissjoni ser tressaq abbozz ġdid ta' lista ta' pajjiżi f'forma ta' att delegat.

Il-ħames direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, adottata f'Mejju 2018, tistipula obbligu li jiġu identifikati ġurisdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fis-sistemi tagħhom ta' kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li huma ta' theddid sinifikanti għas-sistema finanzjarja tal-UE.

Arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp

Il-President tal-Grupp ta' Persuni Għorrief dwar l-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp ippreżenta r-rapport finali dwar kif jiġi mmassimizzat il-valur miżjud tal-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp, b'kont meħud tal-korpi nazzjonali u internazzjonali eżistenti involuti.

Ir-rapport jargumenta b'appoġġ għall-konsolidazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-finanzjament għall-iżvilupp u l-attivitajiet klimatiċi barra mill-UE f'entità waħda, "Bank Ewropew dwar il-Klima u l-Iżvilupp Sostenibbli", sabiex jiġu evitati duplikazzjonijiet u biex tissaħħaħ il-preżenza, ir-rwol u l-kapaċità fit-tul tal-UE li twettaq il-prijoritajiet ta' żvilupp tagħha. Huwa jiddeskrivi wkoll diversi għażliet dwar kif dan jista' jinkiseb. Barra minn hekk, ir-rapport jargumenta favur it-teħid ta' passi aktar immedjati biex jinħoloq ċentru ta' politika b'saħħtu fl-UE u biex il-baġit tal-UE għall-iżvilupp jintuża fil-QFP li jmiss bħala katalist għar-riforma tas-sistema eżistenti.

Matul id-diskussjoni, il-ministri enfasizzaw l-importanza ta' ħidma lejn viżjoni komuni u li jittieħed vantaġġ miċ-ċiklu istituzzjonali l-ġdid tal-UE u min-negozjati li għaddejjin dwar il-qafas finanzjarju pluriennali. Sadanittant, il-ħidma dwar miżuri fuq perijodu qasir għandha tiġi avvanzata kemm jista' jkun malajr. Il-presidenza Finlandiża ser tittratta din il-kwistjoni b'mod prijoritarju u għandha l-għan li tadotta l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rapport sa Diċembru 2019.

Nomina ta' membru ġdid tal-bord eżekuttiv tal-BĊE

Il-Kunsill ħareġ rakkomandazzjoni lill-Kunsill Ewropew dwar in-nomina ta' Fabio Panetta, Direttur Ġenerali attwali tal-Bank tal-Italja, bħala l-kandidat tiegħu biex jissostitwixxi Benoit Coeuré fuq il-bord eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Il-Kunsill Ewropew huwa mistenni jieħu deċiżjoni formali dwar il-ħatra sal-aħħar tas-sena, wara li jkun ikkonsulta lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE.

Barra minn hekk, il-ministri ffinalizzaw it-tħejjijiet għal qabel il-laqgħat internazzjonali (il-laqgħa dwar il-finanzi tal-G20 tas-17-18 ta' Ottubru u l-laqgħat annwali tal-FMI fl-14-20 ta' Ottubru f’Washington DC) u evalwaw l-aħħar attivitajiet tal-koalizzjoni tal-ministri għall-finanzi għall-azzjoni klimatika. Iddiskutew ukoll il-proċess ta' monitoraġġ tal-politika tas-"Semestru Ewropew" fid-dawl tat-tagħlimiet miksuba mill-eżerċizzju tal-2019.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025