"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 21/01/2020, 21 ta' Jannar 2020

Riżultati ewlenin

Tassazzjoni diġitali

Il-ministri għall-finanzi kellhom skambju ta’ fehmiet dwar l-isfidi tat-taxxa li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni. Huma evalwaw il-progress miksub fil-kuntest tal-OECD, kemm fir-riallokazzjoni tal-profitti tan-negozji diġitalizzati (il-"Pilastru 1") kif ukoll fir-riforma ġenerali tat-tassazzjoni korporattiva internazzjonali (il-"Pilastru 2").

Fl-aħħar xhur, l-OECD wettqet ħidma intensiva bil-għan li jinkiseb qbil dwar l-arkitettura ta’ soluzzjoni globali fil-laqgħa tagħha tad-29 u t-30 ta’ Jannar 2020.

Zdravko Marić, ministru għall-finanzi tal-Kroazja
Id-diġitalizzazzjoni ġabet bidliet fundamentali fil-mod kif joperaw il-kumpaniji, li jeħtiġilna nadattaw ir-regoli tagħna, b’mod partikolari fil-qasam tat-tassazzjoni. Din hija kwistjoni globali li teħtieġ soluzzjoni globali. Hu għalhekk li l-UE hija impenjata li tinvolvi ruħha b’mod attiv u pożittiv fin-negozjati li għaddejjin tal-OECD.
Zdravko Marić, ministru għall-finanzi tal-Kroazja
Zdravko Marić, ministru għall-finanzi tal-Kroazja

Id-dibattitu kkonferma li l-aħjar triq 'il quddiem hija soluzzjoni internazzjonali dwar it-tassazzjoni diġitali, peress li din tevita l-frammentazzjoni u miżuri unilaterali. Il-ministri rrikonoxxew li l-OECD kienet qed taħdem bi skadenza stretta sabiex jintlaħaq kunsens globali sa tmiem l-2020, u ħafna enfasizzaw l-importanza li jittieħed vantaġġ tajjeb mix-xejra politika attwali.

Il-presidenza kkonkludiet li ser tkompli tattendi l-laqgħat internazzjonali dwar din il-kwistjoni. Hija ser torganizza diskussjonijiet tekniċi fil-Kunsill sabiex tħejji, kemm jista’ jkun, negozjati li jseħħu fl-OECD u tindirizza l-preokkupazzjonijiet tal-istati membri.

Jeħtieġ li s-sistemi tat-tassazzjoni jevolvu biex ikunu xierqa għall-era diġitali

Patt Ekoloġiku Ewropew

Il-ministri ddiskutew l-aspetti finanzjarji u ekonomiċi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-Kummissjoni ppreżentat il-komunikazzjoni tagħha dwar il-Pjan ta’ Investiment għal Ewropa Sostenibbli ppubblikata fl-14 ta’ Jannar.

Il-pjan għandu l-għan li jimmobilizza mill-inqas EUR 1 triljun ta’ investimenti matul l-għaxar snin li ġejjin. Il-Kummissjoni tipproponi li dan jinkiseb billi jintuża l-baġit tal-UE, permezz ta’ "Fond għal Tranżizzjoni Ġusta", kif ukoll permezz ta' finanzjament privat bl-ingranaġġ ta' garanziji tal-programm InvestEU. Il-pjan jipprevedi wkoll rwol akbar għall-Bank Ewropew tal-Investiment fil-finanzjament ta' proġetti sostenibbli.

Matul id-dibattitu, il-ministri enfasizzaw l-importanza u r-rilevanza tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u r-rieda tagħhom li jeżaminaw, bħala kwistjoni ta’ prijorità, l-azzjonijiet konkreti li għandhom jitressqu mill-Kummissjoni fix-xhur li ġejjin fl-ambitu tal-patt.

Semestru Ewropew

Il-Kunsill beda l-proċess annwali tas-"Semestru Ewropew" għall-monitoraġġ tal-politiki ekonomiċi, tal-impjieg u fiskali tal-istati membri.

Il-Kummissjoni ppreżentat il-Pakkett tal-Ħarifa tagħha ppubblikat fis-17 ta’ Diċembru 2019, li jinkludi:

  • ir-rapport tagħha dwar l-istrateġija annwali għat-tkabbir sostenibbli, li jenfasizza l-isfidi ewlenin għall-2020,
  • ir-"rapport dwar il-mekkaniżmu ta’ twissija" għall-2020 u
  • l-abbozz ta' rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politiki ekonomiċi taż-żona tal-euro.

Huwa ppjanat li l-Kunsill japprova r-rakkomandazzjoni u jadotta konklużjonijiet dwar iż-żewġ rapporti fil-laqgħa tal-Ecofin tat-18 ta’ Frar 2020. Ir-rakkomandazzjoni mbagħad ser tiġi approvata mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu ta' Marzu.

Is-Semestru Ewropew 2020 ser jintemm f'Lulju bl-adozzjoni ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025