- Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 08/11/2019, 8 ta' Novembru 2019
Riżultati ewlenin
Finanzjament għall-klima
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-finanzjament għall-klima qabel il-COP25, il-konferenza tan-NU dwar it-tibdil fil-klima, li ser issir f'Madrid mit-2 sat-13 ta' Diċembru 2019.
L-UE, għal darba oħra, qed turi s-serjetà tagħha rigward l-impenn tagħha biex jiġu indirizzati l-isfidi li joħloq it-tibdil fil-klima. Mill-2013 'l hawn, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji żdiedu b'aktar mid-doppju biex il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiġu megħjuna jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra u jindirizzaw l-impatt tat-tibdil fil-klima. Mika Lintilä, ministru għall-finanzi tal-Finlandja
L-UE u l-istati membri tagħha jibqgħu l-akbar kontributuri ta' finanzjament pubbliku għall-klima. Il-kontribuzzjonijiet totali tagħhom ammontaw għal €21.7 biljun fl-2018, minn €20.4 biljun fl-2017.
Tassazzjoni
Tassazzjoni diġitali
Il-ministri ħadu kont tas-sitwazzjoni attwali tal-ħidma waqt il-Presidenza Finlandiża dwar id-diskussjonijiet li għaddejjin tal-OECD rigward l-isfidi tat-tassazzjoni li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija, u kellhom skambju ta' fehmiet dwar it-triq 'il quddiem f'dan il-qasam fix-xhur li ġejjin.
Id-diskussjonijiet urew appoġġ għat-triq 'il quddiem proposta mill-Presidenza u l-ħidma ser tkompli fuq dik il-bażi fil-korpi preparatorji tal-Kunsill. Il-ministri enfasizzaw ukoll il-ħtieġa li jiġi żgurat li s-soluzzjonijiet varji fil-livell internazzjonali jkunu kompatibbli mal-liġi tal-UE u li l-impatt tagħhom ikun analizzat bir-reqqa.
L-iżvilupp tal-OECD li għaddej jikkonsisti minn żewġ linji ta' ħidma:
- il-Pilastru 1 jeżamina r-regoli rigward ir-riallokazzjoni tal-profitti ta' negozji diġitalizzati billi jiddetermina regoli ġodda dwar fejn għandha titħallas it-taxxa u liema porzjon tal-profitti għandu jiġi intaxxat f'ġurisdizzjoni partikolari.
- il-Pilastru 2 jesplora t-tfassil ta' sistema biex jiġi żgurat li kumpanniji li joperaw fuq livell internazzjonali jħallsu livell minimu ta' taxxa bil-għan li tiġi protetta l-bażi għat-taxxa mill-erożjoni tal-bażi u t-trasferiment tal-profitt.
Il-ħidma fl-OECD intensifikat matul l-aħħar xhur u l-għan tal-OECD huwa li jkun hemm qbil politiku dwar l-arkitettura globali tar-riformi sa Jannar 2020 u rapport finali sa tmiem l-2020.
- Nota tal-Presidenza dwar is-sitwazzjoni attwali dwar it-tassazzjoni diġitali (28 ta' Ottubru 2019)
- Tassazzjoni diġitali (informazzjoni ġenerali)
Regoli tal-VAT
Illum, il-Kunsill laħaq qbil dwar żewġ riformi tar-regoli eżistenti tal-VAT.
L-ewwel riforma tikkonċerna d-detezzjoni ta' frodi fiskali fi transazzjonijiet transfruntieri ta' kummerċ elettroniku. Ir-regoli l-ġodda ser jippermettu lill-istati membri jiġbru, b'mod armonizzat, ir-rekords li l-fornituri ta' servizzi ta' pagament, bħall-banek, iqiegħdu għad-dispożizzjoni b'mod elettroniku. Barra minn hekk, ser tiġi stabbilita sistema elettronika ċentrali ġdida għall-ħżin tal-informazzjoni dwar il-ħlas u għall-ipproċessar ulterjuri ta' din l-informazzjoni minn uffiċjali nazzjonali kontra l-frodi.
It-tieni riforma tikkonċerna r-regoli tal-VAT applikabbli għal negozji żgħar. Ir-regoli l-ġodda ser inaqqsu l-piż amministrattiv u l-ispejjeż ta' konformità għall-impriżi ż-żgħar u jgħinu biex jinħoloq ambjent fiskali li ser jgħin lill-SMEs jikbru u jagħmlu kummerċ transfruntier.
Dazji tas-sisa
Il-Kunsill laħaq qbil proviżorju dwar miżuri li jtejbu l-ambjent tan-negozju għall-kummerċ f'merkanzija soġġetta għad-dazju tas-sisa, permezz ta' titjib ulterjuri tal-kondizzjonijiet għall-kompetizzjoni ġusta u tnaqqis tal-piż amministrattiv għall-kumpanniji.
Il-Kunsill qabel dwar il-proposti li ġejjin:
- id-direttiva dwar arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa
- ir-regolament dwar kooperazzjoni amministrattiva dwar il-kontenut ta' reġistri elettroniċi
Id-dazji tas-sisa huma taxxi indiretti fuq il-bejgħ jew l-użu ta' prodotti speċifiċi, bħat-tabakk jew l-enerġija. Id-dħul minn dawn it-taxxi jmur kollu għand il-pajjiż fejn jitħallsu. Mill-1992, il-pajjiżi tal-UE kellhom fis-seħħ regoli komuni biex jiġi żgurat li d-dazji tas-sisa jiġu applikati bl-istess mod u għall-istess prodotti kullimkien fl-UE
Barra minn hekk, il-Kunsill laħaq approċċ ġenerali, mingħajr diskussjoni, dwar eżenzjoni mill-VAT u d-dazju tas-sisa rigward l-isforz tad-difiża fi ħdan il-qafas tal-UE.
Il-ministri ddiskutew ukoll riforma tal-istrutturi tad-dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku. Filwaqt li nkiseb progress sinifikanti fin-negozjati, il-ministri ma laħqux qbil dwar dan it-test. Il-Kunsill ser ikompli jaħdem fuq livell tekniku bil-ħsieb li jilħaq kompromess aċċettabbli għall-istati membri kollha f'Diċembru.
Nomina ta' membru ġdid tal-bord eżekuttiv tal-BĊE
Il-Kunsill ħareġ rakkomandazzjoni lill-Kunsill Ewropew dwar in-nomina ta' Isabel Schnabel, li bħalissa hija professur fl-Univeristà ta' Bonn u membru tal-Kunsill Ġermaniż tal-Esperti Ekonomiċi, bħala l-kandidat tiegħu biex tieħu post lil Sabine Lautenschläger fuq il-bord eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Kunsill Ewropew mistenni jieħu deċiżjoni formali dwar il-ħatra sal-aħħar tas-sena, wara li jkun ikkonsulta mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill Governattiv tal-BĊE.
- Bord eżekuttiv tal-BĊE: Il-Grupp tal-Euro jagħti appoġġ għall-kandidatura ta' Isabel Schnabel (stqarrija għall-istampa tal-Grupp tal-euro, 7 ta' Novembru 2019)
- Ħatra tal-bord eżekuttiv tal-BĊE - infografika tal-Kunsill
Stablecoins
Il-Presidenza infurmat lill-ministri dwar abbozz ta' dikjarazzjoni konġunta tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar stablecoins li għandu jintlaħaq qbil dwarha fl-Ecofin ta' Diċembru.
-
Din ir-riżorsa bħalissa hi disponibbli biss bil-lingwa jew il-lingwi li ġejjin:
Dibattitu konġunt mal-ministri għall-edukazzjoni dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ
Abbażi ta' dokument ta' diskussjoni tal-Presidenza, il-ministri għall-finanzi u l-edukazzjoni kellhom dibattitu pubbliku dwar is-suġġett li ġej: 'Bażi ekonomika b'saħħitha għall-Ewropa: il-kisba tal-effettività, l-effiċjenza u l-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ'. Din kienet l-ewwel opportunità għall-ministri għall-finanzi u l-edukazzjoni biex jiskambjaw fehmiet dwar l-importanza tal-kapital uman bħala l-pedament tal-benessri tal-Ewropa. Id-diskussjoni enfasizzat l-ambizzjoni tal-Kunsill Ewropew biex iżid l-investiment fil-ħiliet u l-edukazzjoni tan-nies.
Għal aktar informazzjoni, ara l-paġna tal-laqgħa tal-Kunsill Edukazzjoni.
Barra minn hekk, il-ministri adottaw konklużjonijiet dwar l-istatistika tal-UE, ingħataw preżentazzjoni mill-Bord Fiskali Ewropew dwar ir-rapporti annwali tiegħu tal-2019 u ġew infurmati dwar il-laqgħat internazzjonali reċenti (il-laqgħa finanzjarja tal-G20 tas-17-18 ta' Ottubru u l-laqgħat annwali tal-FMI tal-14-20 ta' Ottubru f'Washington DC).
Il-kontribuzzjoni tal-Ewropa għall-finanzjament għall-klima (f'biljuni ta' euro) (Infografika)
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Stqarrijiet għall-istampa
Finanzjament għall-Klima: Fl-2018, il-kontribuzzjonijiet tal-UE u tal-istati membri żdiedu għal €21.7 biljun - 08/11/2019
Kummerċ elettroniku: Il-Kunsill jilħaq qbil proviżorju dwar regoli ġodda għall-iskambju tad-data dwar pagamenti tal-VAT - 08/11/2019
VAT: Il-Kunsill jilħaq qbil proviżorju dwar regoli simplifikati għan-negozji ż-żgħar - 08/11/2019
Dazju tas-sisa: Il-Kunsill jaqbel dwar qafas modernizzat għal merkanzija soġġetta għas-sisa - 08/11/2019
Karozzi aktar sikuri fl-UE - 08/11/2019
Il-protezzjoni tal-konsumaturi tal-UE ser tissaħħaħ - 08/11/2019
Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta: il-Kunsill jadotta regolament rivedut - 08/11/2019
Unjoni tas-Swieq Kapitali: il-Kunsill jadotta riformi leġislattivi - 08/11/2019
L-approvazzjoni finali għall-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles UE-Singapore - 08/11/2019
Tassazzjoni: Il-Belize tneħħa mil-lista tal-UE, il-Maċedonja ta' Fuq tissodisfa l-impenji - 08/11/2019
Djalogu makroekonomiku fil-livell politiku, 7 ta' Novembru 2019 - 07/11/2019
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Patrick McCullough Press officer
- +32 471 33 38 46
- +32 2 281 91 19
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #ECOFIN
Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025