"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 05/12/2019, 5 ta' Diċembru 2019

Riżultati ewlenin

Azzjoni klimatika

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-qafas tal-UE għat-tassazzjoni fuq l-enerġija.

Mika Lintilä, Ministru għall-finanzi tal-Finlandja
Id-Direttiva tal-UE dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija għandha rwol importanti fl-armonizzazzjoni tat-tassazzjoni fuq l-enerġija u l-funzjonament xieraq tas-suq intern tal-UE. Iżda r-rieżami tad-direttiva jista' jikkontribwixxi wkoll għall-objettivi ambjentali u jappoġġa t-transizzjoni lejn UE newtrali għall-klima.
Mika Lintilä, Ministru għall-finanzi tal-Finlandja
Mika Lintilä, Ministru għall-finanzi tal-Finlandja

Il-Kunsill appoġġa l-aġġornament tal-qafas legali għat-tassazzjoni fuq l-enerġija li ser jikkontribwixxi għal objettivi usa' tal-politika ekonomika u ambjentali.

Il-Kunsill approva pjan ta' ħidma dwar l-azzjoni klimatika li ser jistabbilixxi diskussjonijiet ta' politika regolari dwar l-azzjoni klimatika fil-Kunsill ECOFIN. Il-ministri għall-finanzi ddiskutew ukoll l-aġenda futura għal finanzi sostenibbli.

Ġlieda kontra l-ħasil tal-flus

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar prijoritajiet strateġiċi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu hija prijorità ewlenija għall-unjoni Ewropea. Ninsab kuntent li nistgħu naqblu dwar prijoritajiet ġodda ambizzjużi kontra l-ħasil tal-flus, li jipprovdu gwida politika ċara għall-Kummissjoni l-ġdida biex tmexxi din il-ħidma ‘l quddiem. Mika Lintilä, Ministru għall-finanzi tal-Finlandja

Il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni biex tesplora aktar azzjonijiet possibbli li jistgħu jittieħdu biex jissaħħaħ il-qafas eżistenti, b'mod partikolari billi jiġu kkunsidrati:

  • modi biex tiġi żgurata kooperazzjoni aktar robusta u effettiva bejn l-awtoritajiet u l-korpi rilevanti involuti fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż permezz tal-indirizzar ta' impedimenti dwar l-iskambju ta' informazzjoni bejniethom;
  • jekk xi aspetti jistgħux jiġu indirizzati aħjar permezz ta' regolament;
  • possibbiltajiet, vantaġġi u żvantaġġi tal-għoti ta' ċerti responsabbiltajiet u setgħat superviżorji lil korp tal-UE.
Hemm bżonn ta' aktar kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus.

Unjoni tas-Swieq Kapitali

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jistabbilixxu objettivi għal approfondiment ulterjuri tal-unjoni tas-swieq kapitali (CMU). Il-konklużjonijiet ser isawru l-format u l-kamp ta' applikazzjoni ta' pjan direzzjonali ġdid għal azzjoni futura biex jiġu integrati aktar is-swieq kapitali tal-istati membri tal-UE.

Stablecoins

Il-Kunsill u l-Kummissjoni adottaw ukoll dikjarazzjoni konġunta dwar "stablecoins". Id-dikjarazzjoni tenfasizza l-opportunitajiet li jistabbilixxu l-istablecoins preżenti f'termini ta' ħlasijiet irħas u rapidi iżda wkoll l-isfidi u r-riskji li joħolqu.

Il-Kunsill u l-Kummissjoni jenfasizzaw li huma lesti jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw standards xierqa tal-protezzjoni tal-konsumatur u kondizzjonijiet monetarji finanzjarji b'mod ordnat. Il-Kunsill u l-Kummissjoni jiddikjaraw li ma għandu jibda jopera l-ebda arranġament globali ta' stablecoins fl-Unjoni Ewropea qabel ma jkunu ġew identifikati u indirizzati b'mod adegwat l-isfidi u r-riskji legali, regolatorji u ta' sorveljanza.

Arkitettura finanzjarja għall-iżvilupp

Il-Kunsill ser jadotta konklużjonijiet dwar l-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp.

Il-konklużjonijiet jenfasizzaw il-ħtieġa li l-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp issir aktar b'saħħitha, aktar flessibbli, integrata, koerenti, strateġika, u li tirreaġixxi għat-tibdil fil-klima u għall-ħtiġijiet tal-iżvilupp. Dawn jappoġġaw il-miżuri ta' terminu qasir imressqa mir-rapport tal-Grupp ta' Persuni Għorrief u jiddeskrivu t-triq 'il quddiem għat-tħejjija ta' riflessjoni politika dwar riformi istituzzjonali futuri possibbli.

Unjoni bankarja

Il-Kunsill evalwa l-progress fit-tisħiħ tal-unjoni bankarja taħt il-Presidenza Finlandiża.

Il-Kummissjoni ppreżentat ukoll is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni biex jiġi indirizzat is-self improduttiv fl-Ewropa.

Lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet u approva rapport ta' kull sitt xhur dwar il-progress miksub mill-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta dwar it-tassazzjoni tal-intrapriżi mingħajr diskussjoni.

Ir-rapport jinkludi b'mod partikolari s-sitwazzjoni attwali dettaljata dwar il-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa.

Din tinkludi wkoll gwida dwar aktar koordinazzjoni ta' miżuri difensivi nazzjonali fil-qasam tat-taxxa lejn ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx (li jinsabu fl-anness 4 tar-rapport). Il-gwida tistieden lill-istati membri kollha biex japplikaw miżura difensiva leġislattiva fit-tassazzjoni fir-rigward tal-ġurisdizzjonijiet elenkati mill-1 ta' Jannar 2021, li għandha l-għan li tinkoraġġixxi l-konformità ta' dawk il-ġurisdizzjonijiet mal-kriterji ta' skrinjar tal-Kodiċi ta' Kondotta dwar it-tassazzjoni ġusta u t-trasparenza.

Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir

Il-Kunsill ħareġ deċiżjonijiet dwar l-Ungerija u r-Rumanija, li huma soġġetti għal proċeduri ta' devjazzjoni sinifikanti li għaddejjin bħalissa. Id-deċiżjonijiet jikkonfermaw li ma ttiħdux azzjonijiet effettivi. Il-Kunsill ta rakkomandazzjonijiet ġodda dwar miżuri li jikkoreġu d-devjazzjonijiet.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 9 ta' Jannar 2025