Skip to content
  • Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (Baġit), 14 ta' Novembru 2025

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew qablu dwar il-baġit annwali tal-UE għall-2026.

Il-baġit tal-2026 jammonta għal €192.8 biljun f'impenji totali u €190.1 biljun f'pagamenti totali.

€715.7 miljun inżammu disponibbli din is-sena taħt il-limiti massimi tal-infiq tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali għall-2021-2027, li jippermetti lill-UE tirreaġixxi għal ħtiġijiet imprevedibbli.

<p>Nicolai Wammen, Ministru għall-Finanzi tad-Danimarka u kap negozjatur tal-Kunsill għall-baġit tal-UE għall-2026</p>

Il-qbil tal-lum juri li l-Ewropa tista' tikseb riżultati, anke fi żminijiet diffiċli. Il-baġit tal-UE għall-2026 ser jippermettilna nwettqu l-prijoritajiet komuni tagħna - is-sigurtà, il-kompetittività u l-kontroll tal-fruntieri - filwaqt li jiżgura li l-UE tkun tista' tirreaġixxi malajr u b'mod effettiv għal ħtiġijiet u kriżijiet imprevisti.

<p>Nicolai Wammen, Ministru għall-Finanzi tad-Danimarka u kap negozjatur tal-Kunsill għall-baġit tal-UE għall-2026</p>

Nicolai Wammen, Ministru għall-Finanzi tad-Danimarka u kap negozjatur tal-Kunsill għall-baġit tal-UE għall-2026

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill issa għandhom 14-il ġurnata biex japprovaw formalment il-qbil li ntlaħaq. Il-Kunsill mistenni japprovah fl-24 ta' Novembru. L-adozzjoni tal-baġit teħtieġ maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill.

Baġit tal-UE għall-2026: oqsma ewlenin

Baġit tal-UE għall-2026: oqsma ewlenin

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 17 ta' Novembru 2025