"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 20 ta' Jannar 2026

Riżultati ewlenin

Programm ta' ħidma tal-presidenza

Il-Presidenza Ċiprijotta ppreżentat il-programm ta' ħidma tagħha għall-ewwel semestru tas-sena fil-qasam tal-affarijiet ekonomiċi u finanzjarji.

Makis Keravnos, Ministru għall-Finanzi ta' Ċipru

F'dan l-istadju kritiku, it-tisħiħ tal-awtonomija finanzjarja tal-UE u t-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika globali tagħha ser ikunu l-prinċipji gwida tal-Presidenza Ċiprijotta fit-tmexxija tal-aġenda tal-ECOFIN. Irridu noħolqu momentum lejn Ewropa b'saħħitha u aktar kompetittiva. U biex inkun ċar u tond: aħna ser naħdmu biex niżguraw li nibqgħu nappoġġaw lill-Ukrajna – inkluż finanzjarjament – bla heda.

Makis Keravnos, Ministru għall-Finanzi ta' Ċipru

Makis Keravnos, Ministru għall-Finanzi ta' Ċipru

B'mod partikolari, il-presidenza tenniet l-impenn tagħha li tavvanza l-ħidma leġiżlattiva dwar l-unjoni tat-tfaddil u tal-investiment (SIU), l-aġenda ta' żbarazzar u simplifikazzjoni tat-taxxa tal-UE, u li tagħmel progress lejn unjoni doganali modernizzata, fost inizjattivi oħra.

Governanza ekonomika

Il-Kunsill fetaħ proċedura ta' defiċit eċċessiv (PDE) fir-rigward tal-Finlandja. Adotta wkoll rakkomandazzjoni lill-Finlandja li tiddeskrivi l-perkors tan-nefqa netta u l-iskeda ta' żmien li għandhom jiġu segwiti biex sal-2028 jintemm id-defiċit eċċessiv tagħha.

Id-deċiżjoni tal-Kunsill li jiftaħ PDE llum hija ġġustifikata minħabba d-defiċit tal-gvern tal-Finlandja ta' 4.4 % fl-2024 u d-defiċit tal-gvern ippjanat ta' 4.3 % fl-2025.

Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-Kunsill jistipula li l-Finlandja għandha għalhekk tieħu azzjoni effettiva u tippreżenta l-miżuri meħtieġa sat-30 ta' April 2026 biex tnaqqas id-defiċit tagħha. Il-Finlandja għandha wkoll tiżgura wkoll li r-rata ta' tkabbir nominali akkumulata tan-nefqa netta tagħha ma taqbiżx it-2.5% fl-2026, l-4.1% fl-2027 u l-5.9% fl-2028.

Il-mekkaniżmu ta' PDE huwa mfassal biex jiżgura li l-istati membri tal-UE jerġgħu lura għal-baġit tal-gvernijiet tagħhom jew iżommu dixxiplina fih. Il-proċeduri jitnedew meta Stat Membru jkollu defiċit tal-gvern li jaqbeż il-valur referenzjarju tat-Trattat ta' 3% tal-PDG.

Semestru Ewropew 2026

Il-ministri approvaw il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rapport dwar il-mekkaniżmu ta' twissija għall-2026, ippubblikati mill-Kummissjoni fil-25 ta' Novembru 2025.

Ir-rapport dwar il-mekkaniżmu ta' twissija tal-2026 jagħti bidu għall-proċedura annwali ta' żbilanċ makroekonomiku tas-Semestru Ewropew.

Il-proċedura għandha l-għan li tidentifika, tipprevjeni u tindirizza l-iżvilupp ta' żbilanċi makroekonomiċi potenzjalment dannużi li jista' jkollhom impatt negattiv fuq l-istabbiltà ekonomika fi Stat Membru partikolari, fiż-żona tal-euro, jew fl-UE kollha kemm hi.

Fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kunsill b'mod ġenerali jaqbel mal-valutazzjoni tar-rapport rigward l-evoluzzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi u r-riskji emerġenti. Il-konklużjonijiet jappellaw ukoll għal aktar ħidma biex tiġi implimentata b'mod effettiv u effiċjenti l-proċedura ta' żbilanċ makroekonomiku, u biex l-istati membri jkomplu jindirizzaw il-vulnerabbiltajiet f'dan il-qasam.

Fir-rapport ta' din is-sena, l-ebda pajjiż ġdid ma ġie identifikat bħala li jeħtieġ analiżi fil-fond. Riżultat ta' dan, il-Kunsill ser ikompli jissorvelja s-sitwazzjoni fis-seba' pajjiżi identifikati fl-2025 li qed jesperjenzaw żbilanċi. Ir-reviżjonijiet fil-fond ser jiġu ppubblikati fir-rebbiegħa tal-2026, qabel il-pakkett tar-rebbiegħa tas-Semestru Ewropew.

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Il-Kunsill adotta deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni li japprovaw emendi mmirati ppreżentati mill-Finlandja, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Iżvezja, in-Netherlands u Spanja għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom.

Il-RRF hija l-programm ta' appoġġ finanzjarju fuq skala kbira tal-UE b'rispons għall-isfidi li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19 għall-ekonomija Ewropea. Din hija l-qofol ta' NextGenerationEU, strument ta' rkupru temporanju li jippermetti lill-Kummissjoni tiġbor fondi sabiex tgħin fit-tiswija tad-dannu ekonomiku u soċjali immedjat li ġie kkawżat mill-pandemija.

Biex jibbenefikaw mill-faċilità, l-istati membri jridu jippreżentaw pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza (RRPs) lill-Kummissjoni, li jistabbilixxu r-riformi u l-investimenti li beħsiebhom jimplimentaw sa tmiem Awwissu 2026.

Sal-lum, ġew żborżati madwar €393 biljun mill-RRF.

Għajnuna makrofinanzjarja lill-Ġordan

Bħala punt mhux ta' diskussjoni, illum il-Kunsill iddeċieda formalment li jipprovdi €500 miljun oħra f'assistenza makrofinanzjarja (AMF) lill-Ġordan.

L-assistenza tal-UE ser tgħin biex tingħata spinta lill-istabbiltà ekonomika tal-Ġordan u tappoġġa l-aġenda tiegħu ta' riforma li għaddejja bħalissa fil-konfront tal-isfidi interni u esterni li qed jikbru. Din għandha l-għan li tappoġġa r-restawr ta' sitwazzjoni ta' finanzjament estern sostenibbli għall-pajjiż, u b'hekk tappoġġa l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tiegħu.

L-assistenza, mogħtija b'rispons għat-talba tal-Ġordan f'Jannar 2025 għal appoġġ addizzjonali, ser tkun disponibbli għal sentejn u nofs u ser tingħata fil-forma ta' self fit-tul, żborżat fi tliet pagamenti parzjali.

L-iżborż tal-pagamenti parzjali ser ikun strettament marbut mal-progress tal-Ġordan fir-riformi deskritti f'memorandum ta' qbil li għandu jiġi miftiehem bejn il-Ġordan u l-Kummissjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 21 ta' Jannar 2026