"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 13 ta' Novembru 2025

Riżultati ewlenin

Waqt il-laqgħa tal-Kunsill, il-ministri qablu dwar miżuri biex tiġi indirizzata ż-żieda qawwija ta' pakketti żgħar li qed jimlew is-suq tal-UE. Il-Kunsill iddiskuta wkoll ir-reviżjoni tad-direttiva dwar it-tassazzjoni fuq l-enerġija u approva konklużjonijiet annwali dwar l-istatistika tal-UE. Waqt il-kolazzjon qabel il-laqgħa, il-ministri ddiskutew il-finanzjament għall-Ukrajna u t-tassazzjoni korporattiva internazzjonali.

Stephanie Lose, ministru għall-finanzi tad-Danimarka

Nixtieq nirringrazzja lill-istati membri kollha għal laqgħa kostruttiva ħafna tal-ECOFIN fejn ikkonfermaw l-impenn tagħhom li jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' finanzjament tal-Ukrajna għas-snin li ġejjin. Qsamna l-fehmiet tagħna dwar l-għażliet għall-appoġġ, b'mod partikolari l-proposta tal-Kummissjoni dwar is-self marbut mar-riparazzjonijiet. Il-presidenza Daniża tqis il-proposta mressqa mill-Kummissjoni bħala l-aħjar għażla u l-aktar waħda realistika, li għandha tingħata l-ogħla prijorità bil-ħsieb li jittieħdu deċiżjonijiet fil-Kunsill Ewropew f'Diċembru.

Ninsabu kuntenti wkoll li lħaqna qbil politiku dwar it-tneħħija tal-limitu doganali ta' €150, li jiżgura li d-dazji doganali jitħallsu mill-ewwel euro, pass ewlieni għall-kompetizzjoni ġusta u l-kompetittività tan-negozji Ewropej.

Stephanie Lose, ministru għall-finanzi tad-Danimarka

Stephanie Lose, ministru għall-finanzi tad-Danimarka

Tassazzjoni fuq l-enerġija

Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar ir-reviżjoni tad-direttiva dwar it-tassazzjoni fuq l-enerġija.

Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar it-test ta' kompromess. Filwaqt li ħafna ministri kienu lesti jappoġġaw qbil dwar il-kompromess, oħrajn ħassew li kienet meħtieġa aktar ħidma f'ċerti aspetti, prinċipalment relatati mal-kompetittività.

B'mod partikolari, xi ministri ma setgħux jaqblu mad-direttiva minħabba tħassib speċifiku dwar kwistjonijiet bħad-dispożizzjonijiet dwar l-indiċjar, it-tassazzjoni tal-fjuwil użat fis-setturi marittimi u tal-avjazzjoni, u t-trattament tat-taxxa tal-gass naturali u l-gass naturali likwifikat, kif ukoll rabtiet ma' fajls oħra relatati mal-klima.

Fil-konklużjoni tas-sessjoni, il-Presidenza ddispjaċiha li f'dan il-punt, il-Kunsill ma kienx jidher f'pożizzjoni li jaqbel dwar it-test ta' kompromess.

Importazzjonijiet ta' pakketti żgħar

Illum il-Kunsill ħa azzjoni biex jindirizza l-influss lejn l-UE ta' pakketti żgħar li bħalissa mhumiex suġġetti għal dazji doganali - problema li twassal għal kompetizzjoni inġusta għall-bejjiegħa tal-UE u li tqajjem tħassib ambjentali.

Ninsab kuntenta ħafna li lħaqna qbil dwar l-eliminazzjoni tal-limitu doganali ta' €150. Aħna niżguraw li d-dazji jitħallsu mill-ewwel euro, u dan joħloq kundizzjonijiet ekwi għan-negozji Ewropej u jillimita l-influss ta' oġġetti bi prezz baxx. Qbilna wkoll dwar il-ħtieġa li naħdmu lejn soluzzjoni temporanja malajr kemm jista' jkun fl-2026.

Stephanie Lose, ministru għall-affarijiet ekonomiċi tad-Danimarka

L-ewwel nett, il-ministri għall-finanzi tal-UE qablu li jabolixxu r-regola attwali li tippermetti li oġġetti b'valur ta' inqas minn €150 jidħlu fl-UE mingħajr ma jitħallsu dazji doganali. Ladarba l-pjattaforma tad-data doganali tal-UE - il-pjattaforma ċentrali proposta tal-UE għall-interazzjoni mad-dwana u t-tisħiħ tal-kontrolli - issir operazzjonali, li bħalissa mistenni jsir fl-2028, id-dazji doganali rilevanti ser japplikaw għall-merkanzija kollha li tidħol fl-UE.

Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni, illum il-Kunsill impenja ruħu wkoll li jaħdem lejn soluzzjoni sempliċi u temporanja biex jiġu imposti dazji doganali fuq dan it-tip ta' merkanzija malajr kemm jista' jkun fl-2026 u sakemm il-pjattaforma tad-data doganali ssir operazzjonali fl-2028. Il-ħidma biex tiġi żviluppata s-soluzzjoni ser tkompli fil-ġimgħat li ġejjin.

Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza

Il-Kunsill adotta deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni li japprovaw emendi mmirati ppreżentati mill-Belġju, l-Estonja, il-Kroazja, il-Lussemburgu, ir-Rumanija u s-Slovakkja għall-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tagħhom.

Il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija l-programm tal-UE ta' appoġġ finanzjarju fuq skala kbira b'rispons għall-isfidi li ħolqot il-pandemija tal-COVID-19 għall-ekonomija Ewropea. Din hija l-qofol ta' NextGenerationEU, strument ta' rkupru temporanju li jippermetti lill-Kummissjoni tiġbor fondi sabiex tgħin fit-tiswija tad-dannu ekonomiku u soċjali immedjat li ġie kkawżat mill-pandemija.

Biex jibbenefikaw mill-faċilità, l-istati membri jridu jippreżentaw pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza (RRPs) lill-Kummissjoni, li jistabbilixxu r-riformi u l-investimenti li beħsiebhom jimplimentaw sa tmiem Awwissu 2026.

Sal-lum, ġew żborżati madwar €367 biljun mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.

Statistika tal-UE

Il-Kunsill approva konklużjonijiet dwar il-progress li sar fil-prijoritajiet statistiċi tal-UE.

Statistika komparabbli, affidabbli u ta' kwalità għolja hija ingredjent bażiku għal tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza, speċjalment għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika.

Għalhekk, il-konklużjonijiet annwali tal-Kunsill dwar l-istatistika jirrieżaminaw il-kwalità, il-puntwalità u r-rilevanza tal-istatistika uffiċjali tal-UE, inkluż dawk li jirfdu l-governanza ekonomika tal-UE.

Il-konklużjonijiet iqisu wkoll kif l-istatistika tal-UE tista' tappoġġa l-ħidma f'oqsma ta' prijorità oħra bħall-akkomodazzjoni, it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u tal-enerġija, l-agrikoltura u s-sajd, u l-politika soċjali.

Simplifikazzjoni, implimentazzjoni u infurzar

Il-Kunsill kellu skambju ta' fehmiet dwar dawn il-kwistjonijiet fid-dawl tar-rapporti reċenti tal-Kummissjoni, ippubblikati fil-21 ta' Ottubru 2025.

Id-diskussjoni ministerjali segwiet il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 ta' Ottubru 2025. Dawk il-konklużjonijiet affermaw mill-ġdid il-ħtieġa urġenti li jsir progress f'din l-aġenda biex tiġi żgurata l-kompetittività tal-Ewropa, u ħeġġew lill-Kummissjoni u lill-koleġiżlaturi jaċċelleraw il-ħidma tagħhom filwaqt li jagħtuha l-akbar prijorità.

Rapport annwali tal-bord fiskali Ewropew

Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar ir-rapport annwali tal-2025 tal-bord fiskali Ewropew, il-korp konsultattiv indipendenti mwaqqaf fl-2015.

Ir-responsabbiltajiet ewlenin tal-bord jinkludu l-għoti ta' evalwazzjoni ex post f'waqtha tal-implimentazzjoni tal-qafas ta' governanza fiskali tal-UE, l-għoti ta' pariri dwar il-pożizzjonijiet fiskali taż-żona tal-euro u dawk nazzjonali.

Il-bord jipprovdi wkoll pariri dwar l-implimentazzjoni tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u jagħmel suġġerimenti għall-evoluzzjoni futura tal-qafas fiskali.

Djalogu makroekonomiku fil-livell politiku

Fl-4 ta' Novembru, fil-marġini tal-laqgħa, sar djalogu makroekonomiku fil-livell politiku (MEDPOL).

Is-sħab soċjali qasmu l-fehmiet tagħhom mal-presidenza u ż-żewġ presidenzi li jmiss, il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-president tal-Grupp tal-Euro. Il-laqgħa ffukat fuq l-importanza tar-riformi tas-suq tax-xogħol u tal-bini tal-kapital uman fit-tisħiħ tal-kompetittività tal-UE.

Djalogu ministerjali UE-EFTA

Fil-5 ta' Novembru, fil-marġini tal-laqgħa, sar djalogu ministerjali bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA).

Il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar it-tema "flimkien aktar b'saħħitna: avvanz tal-prosperità permezz ta' kummerċ miftuħ".

Djalogu Ministerjali ECOFIN-EFTA: Ritratt tal-grupp
Djalogu Ministerjali ECOFIN-EFTA: Ritratt tal-grupp

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 17 ta' Novembru 2025