"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 30 ta' Settembru 2016

Riżultati ewlenin

Ftehim ta' Pariġi

Il-Kunsill qabel li jħaffef il-proċess tar-ratifika tal-Ftehim ta' Pariġi. Dan il-ftehim jistabbilixxi l-qafas għal azzjoni globali dwar it-tibdil fil-klima.

Illum jum importanti mhux biss għall-azzjoni tagħna dwar il-klima iżda wkoll għall-għaqda li wrejna. Dan ifisser li l-UE u l-istati membri tagħha ser jinvolvu ruħhom biex jingħata bidu għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Pariġi. F'Pariġi, l-Ewropa wriet li kapaċi tmexxi u ser tieħu sehem fl-implimentazzjoni tal-Ftehim f'Marrakesh. L-azzjoni għall-klima għadha essenzjali għall-għajxien tal-pjaneta tagħna u l-ġenerazzjonijiet futuri. László Sólymos, Ministru Slovakk għall-Ambjent

Il-ministri ddeċidew li jipproċedu bir-ratifika fil-livell tal-UE. L-istati membri ser jirratifikaw flimkien mal-UE, jekk ikunu lestew il-proċeduri nazzjonali tagħhom, jew inkella malajr kemm jista' jkun wara dan.

Il-Ministru Slovakk għall-Ambjent u president tal-Kunsill, László Sólymos qal: "Illum jum importanti mhux biss għall-azzjoni tagħna dwar il-klima iżda wkoll għall-għaqda li wrejna. Dan ifisser li l-UE u l-istati membri tagħha ser jinvolvu ruħhom biex jibda d-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Pariġi. F'Pariġi, l-Ewropa wriet li kapaċi tmexxi u ser tieħu sehem fl-implimentazzjoni tal-Ftehim f'Marrakesh. L-azzjoni għall-klima għadha essenzjali għall-għajxien tal-pjaneta tagħna u l-ġenerazzjonijiet futuri".

Konferenza ta' Marrakesh dwar it-tibdil fil-klima

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-tħejjija għall-konferenza ta' Marrakesh dwar it-tibdil fil-klima (7-18 ta' Novembru 2016). Wara l-konferenza ta' Pariġi f'Diċembru 2015, li fiha ġie adottat il-Ftehim ta' Pariġi, il-konferenza ta' Marrakesh ser tikkonċentra fuq l-azzjoni u l-implimentazzjoni. Fost affarijiet oħra, il-ministri jistennew li jsir progress fit-tfassil tad-dettalji tal-ftehim.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025