"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 19/12/2016, 19 ta' Diċembru 2016

Riżultati ewlenin

Klima: tnaqqis tal-emissjonijiet

Il-Ministri ddiskutew ir-rieżami tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet (ETS) u evalwaw il-progress li sar s'issa b'rabta ma' dan il-fajl. Abbażi ta' dan il-progress, il-Kunsill ser ikompli l-ħidma biex jistabbilixxi l-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu.

Saru tħejjijiet fit-tul għal dan il-Kunsill li konna ttamajna li ser jilħaq qbil dwar approċċ ġenerali rigward ir-rieżami ta’ dan l-istrument importanti. Minkejja sforzi konsiderevoli, dan ma kienx possibbli minħabba n-nuqqas ta’ rieda politika, u issa r-responsabbiltà ser tkun f’idejn il-Presidenza Maltija, li ser tibni fuq il-progress sinifikanti li għamilna f’dawn l-aħħar sitt xhur, biex dan id-dossier jitmexxa 'l quddiem.

László Sólymos, Ministru Slovakk għall-Ambjent u president tal-Kunsill

L-ETS hija wieħed mill-istrumenti prinċipali tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u biex jiġu rrispettati l-impenji tal-UE skont il-Ftehim ta' Pariġi.

Il-Kunsill ħares ukoll lejn is-sitwazzjoni attwali taż-żewġ proposti leġislattivi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fis-setturi mhux koperti mill-ETS: ir-regolament dwar il-qsim tal-isforzi u r-regolament dwar l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF).

Sustanzi kimiċi

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-ġestjoni tajba tas-sustanzi kimiċi. It-test jenfasizza l-ħtieġa li jinżamm livell għoli ta’ ħarsien tas-saħħa tal-bniedem u l-ambjent. L-għan huwa li jintbagħat messaġġ politiku fi żmien meta ċerta leġislazzjoni u ċerti miżuri f’dan il-qasam ser jiġu żviluppati jew rieżaminati.

Nilqa' l-adozzjoni llum mill-Kunsill ta’ konklużjonijiet dwar il-ġestjoni tajba tas-sustanzi kimiċi. Aħna tennejna l-importanza tas-7 Programm ta’ Azzjoni Ambjentali u stedinna lill-Kummissjoni biex tħejji strateġija favur ambjent mhux tossiku sal-2018. Dan huwa sinjal importanti tal-impenn tagħna favur is-saħħa taċ-ċittadini tagħna u l-kwalità tal-ambjent tagħna.

László Sólymos, Ministru Slovakk għall-Ambjent u president tal-Kunsill

 

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025