"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 28/02/2017, 28 ta' Frar 2017

Riżultati ewlenin

Sistema għan-negozjar ta' emissjonijiet

Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni ta’ negozjar tiegħu għar-rieżami tas-sistema għan-negozjar ta’ emissjonijiet (ETS). L-ETS hija waħda mill-għodod prinċipali tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra. Ir-rieżami ser jikkontribwixxi għall-mira tal-UE li tnaqqas l-emissjonijiet tagħha b’tal-inqas 40% sal-2030, skont l-impenn fil-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima.

“Dan huwa importanti għalina, għall-pjaneta tagħna u għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-Ftehim ta’ Pariġi kien kisba storika, iżda għandna bżonn ngħaddu mill-kliem għall-azzjoni. Funzjonament aħjar tal-ETS ser ikompli jnaqqas aktar l-emissjonijiet. L-UE qiegħda twettaq il-wegħdiet tagħha, għax jinteressaha li lkoll ikollna ġejjieni aħjar.”

Jose A. Herrera, Ministru għall-Ambjent ta’ Malta u President tal-Kunsill

Żvilupp sostenibbli

Il-ministri ddiskutew ukoll kif ser tiġi implimentata fil-prattika l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, b'enfasi partikolari fuq l-implikazzjonijiet tagħha għall-politika ambjentali tal-UE. Huma indirizzaw, pereżempju, kif iċ-ċittadini u s-settur privat jistgħu jiġu involuti aħjar. Din id-diskussjoni ser tikkontribwixxi għat-tħejjijiet tal-konklużjonijiet tal-Kunsill f’Ġunju.

“Ekoloġizzazzjoni” tas-Semestru Ewropew - Rieżami tal-implimentazzjoni ambjentali

Fil-kuntest tal-proċess tas-Semestru Ewropew, il-ministri kellhom skambju ta’ fehmiet dwar l-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir 2017 u r-rwol tal-iżvilupp sostenibbli u l-ambjent. Huma ddiskutew ukoll ir-rieżami tal-implimentazzjoni ambjentali, għodda ġdida biex jiġu indirizzati l-lakuni fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni u l-politika ambjentali.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025