"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 20/06/2016, 20 ta' Ġunju 2016

Riżultati ewlenin

Tibdil fil-klima

Il-Kunsill adotta dikjarazzjoni dwar ir-ratifika tal-Ftehim ta' Pariġi. Il-ftehim globali dwar it-tibdil fil-klima li huwa legalment vinkolanti ġie adottat f’Diċembru 2015 f’Pariġi. Huwa ser jidħol fis-seħħ wara ratifika minn 55 pajjiż li jirrappreżentaw mill-inqas 55% tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet b'effett ta' serra.

Permezz ta’ din id-dikjarazzjoni rridu ngħaddu messaġġ politiku ċar dwar l-impenn tal-UE biex tindirizza t-tibdil fil-klima. Aħna determinati li nirratifikaw il-ftehim ta’ Pariġi kemm jista’ jkun malajr u biex naħdmu għall-implimentazzjoni effettiva tal-ftehim.” Sharon Dijksma, Ministru Netherlandiż għall-Ambjent

Il-Ministru Netherlandiż għall-Ambjent u President tal-Kunsill Ambjent, Sharon Dijksma, qalet: “Permezz ta’ din id-dikjarazzjoni rridu ngħaddu messaġġ politiku ċar dwar l-impenn tal-UE biex tindirizza t-tibdil fil-klima. Aħna determinati li nirratifikaw il-ftehim ta’ Pariġi kemm jista’ jkun malajr u biex naħdmu għall-implimentazzjoni effettiva tal-ftehim”.

Il-ministri ħadu nota wkoll tal-preżentazzjoni mill-Kummissjoni tal-proposta għall-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi mill-UE.

Barra minn hekk, kellhom dibattitu ta’ orjentazzjoni dwar ir-rieżami ta’ wieħed mill-għodod prinċipali tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gass b’effett serra u jindirizzaw it-tibdil fil-klima: l-iskema għan-negozjar ta’ emissjonijiet (ETS).

Kwalità tal-arja

Il-ministri ħadu kont tad-diskussjonijiet dwar regoli ġodda u limiti għas-sustanzi li jniġġsu fl-arja, l-hekk imsejħa direttiva NEC. Il-presidenza infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali tan-negozjati mal-Parlament Ewropew.

Ekonomija ċirkolari

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar il-pjan ta’ azzjoni għal ekonomija ċirkolari. Dan il-pjan għandu l-għan li jnaqqas l-iskart u jżomm il-valur ta’ prodotti, materjali u riżorsi fl-ekonomija għall-itwal żmien possibbli. Il-konklużjonijiet jappoġġaw dan l-għan u juru impenn għal din it-transizzjoni lejn mudell aktar sostenibbli, pereżempju billi jitnaqqas l-użu tar-riżorsi, jiġi mħeġġeġ ir-riċiklaġġ u ġestjoni aħjar tal-iskart.

Traffikar tal-organiżmi selvaġġi

Il-Kunsill adotta l-konklużjonijiet li jappoġġaw il-pjan ta' azzjoni tal-UE kontra t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi. Il-Kunsill esprima tħassib serju dwar iż-żieda fit-traffikar illegali ta’ organiżmi selvaġġi u l-effett negattiv tiegħu fuq il-bijodiversità u l-iżvilupp sostenibbli. Il-konklużjonijiet jappellaw lill-atturi kollha biex iżidu l-isforzi tagħhom biex jiġġieldu dan ir-reat.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025