"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 17/10/2016, 17 ta' Ottubru 2016

Riżultati ewlenin

Klima: tnaqqis tal-emissjonijiet

Il-ministri ddiskutew leġislazzjoni ġdida biex titnaqqas l-emissjoni ta' gass b'effett ta' serra fis-setturi li mhumiex koperti mill-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet (ETS), bħat-trasport, il-bini u l-iskart. Il-ministri kellhom dibattitu dwar it-triq 'il quddiem għall-proposti tal-Kummissjoni għal regolament dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi u regolament dwar l-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (ir-regolament LULUCF). Huma enfasizzaw l-importanza ta' din il-leġislazzjoni għat-twettiq tal-impenn tal-UE skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima.

"Dawn l-aħħar ġimgħat li għaddew kienu bla preċedent għall-politiki dwar it-tibdil fil-klima, bir-ratifika tal-UE tal-Ftehim ta' Pariġi u l-emenda għall-Protokoll ta' Montreal li għadha kif ġiet adottata fix-xena internazzjonali. Issa, jeħtieġ li fl-UE nieħdu r-riedni f'idejna u nimplimentaw l-impenji internazzjonali tagħna. Għaldaqstant, jiena nilqa' l-ewwel dibattitu bejn il-ministri dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi li tana ħjiel importanti li jiggwida l-ħidma futura tagħna fuq dawn l-inizjattivi kruċjali."

László Sólymos, Ministru Slovakk għall-Ambjent u President tal-Kunsill

Ilma

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-immaniġġar sostenibbli tal-ilma. Dawn huma parti minn dibattitu usa’ dwar il-politika futura tal-UE dwar l-ilma. It-test jindirizza l-isfidi marbuta mal-użu tal-art u mat-tibdil fil-klima. Dan iqis ukoll il-kuntest internazzjonali l-ġdid, inkluż il-Ftehim ta' Pariġi u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

"L-ilma huwa riżors prezzjuż u skars li huwa affettwat mill-użu tal-art u l-klima. Ninsab kuntent ferm li l-fokus tagħna fuq l-ilma ġie milqugħ daqshekk tajjeb fost l-istati membri. Illum, aħna bgħattna sinjal b'saħħtu, ċar u f'waqtu dwar l-intenzjoni soda tagħna li nindirizzaw dawk l-isfidi billi nimplimentaw b'mod sħiħ il-leġislazzjoni tal-UE dwar l-ilma u nilħqu l-objettivi tal-politika tagħna."

László Sólymos, Ministru Slovakk għall-Ambjent u President tal-Kunsill

Bijodiversità

Il-ministri qablu wkoll dwar il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-bijodiversità, qabel il-laqgħa tal-partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-protokolli tagħha (Cancun, il-Messiku, 4–17 ta’ Diċembru 2016). Dawn il-konklużjonijiet ser ikunu l-bażi għall-pożizzjoni ta’ negozjar tal-UE waqt il-laqgħa.

"Il-bijodiversità hija essenzjali għall-għajxien tal-ġenerazzjoni tagħna u dawk futuri fuq din il-pjaneta u għall-funzjonament tal-ekosistemi. Bħala speċi aħna parti minn dawn l-ekosistemi u għandna bżonn naġixxu fuq livell internazzjonali biex inwaqqfu t-telfien tal-bijodiversità u nbiddlu r-rotta li mexjin fiha lejn livelli li huma perikolużi għall-bijodiversità. Bid-deċiżjonijiet li ħadna llum, aħna wrejna l-impenn tagħna għal eżitu b'suċċess tal-laqgħa internazzjonali importanti li ġejja dwar il-bijodiversità, fil-Messiku."

László Sólymos, Ministru Slovakk għall-Ambjent u President tal-Kunsill

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025