"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 05/03/2018, 5 ta' Marzu 2018

Riżultati ewlenin

Ekonomija Ċirkolari

Il-ministru kellhom skambju ta' fehmiet dwar żewġ inizjattivi tal-Kummissjoni taħt il-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekonomija Ċirkolari: l-istrateġija Ewropea għall-plastiks f'ekonomija ċirkolari u l-interfaċċja bejn il-kimiċi, il-prodotti u l-iskart. Ir-regoli ġodda proposti għandhom l-għan li jillimitaw l-impatt ambjentali negattiv ta' plastiks u ta' partiċelli tal-mikroplastik, kif ukoll sustanzi kimiċi perikolużi, rispettivament. Fid-diskussjonijiet tagħhom, il-ministri kkonċentraw fuq approċċi biex jippromwovu żieda sostanzjali fl-użu ta' plastiks riċiklati, kif ukoll l-irkupru sikur ta' skart li fih sustanzi ta' tħassib.

Jeħtieġ li nipproteġu l-ambjent tagħna mit-tniġġis mill-plastik. Jeħtieġ li nipproteġu wkoll l-ibħra tagħna mill-partiċelli tal-mikroplastik. Illum għamilna pass inizjali importanti ħafna lejn impenji li jippermettulna nwettqu l-wegħda tagħna li nipproteġu l-ambjent u s-saħħa taċ-ċittadini tagħna. Neno Dimov, il-Ministru Bulgaru għall-Ambjent u l-Ilma

Ekoinnovazzjoni

Matul l-ikla ta' nofsinhar il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet mal-Kummissarju Vella dwar l-ekoinnovazzjoni fil-kuntest tal-ekonomija ċirkolari.

Ekoloġizzazzjoni tas-Semestru Ewropew

Il-ministri kellhom l-opportunità li jkollhom skambju ta' fehmiet dwar il-proċess tas-Semestru Ewropew. Iddiskutew ukoll l-aspetti relatati mal-ambjent tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir. Il-ministri ddiskutew ukoll dwar kif l-isfidi ambjentali, l-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil‑klima jistgħu jiġu riflessi fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) tal-UE wara l-2020.

Filwaqt li fakkru fil-potenzjal, li hemm prova tiegħu, tal-politika ambjentali biex tippromwovi l-impjiegi u t-tkabbir permezz ta' investimenti u finanzi ekoloġiċi sostenibbli, il-ministri ssottolinjaw il-ħtieġa ta' rappreżentazzjoni adatta tal-isfidi ambjentali fil-QFP.

Suġġetti oħra fuq l-aġenda

F'sessjoni pubblika, il-Kunsill kellu l-opportunità jisma' preżentazzjoni mill-Kummissjoni rigward il-proposta leġislattiva dwar l-istandards tas-CO2 għall-karozzi u l-vannijiet. L-informazzjoni mid-delegazzjoni Pollakka dwar il-COP24 u azzjonijiet relatati dwar it-tibdil fil‑klima xxandret direttament ukoll.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025