"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 09/10/2018, 9 ta' Ottubru 2018

Riżultati ewlenin

Highlights from the Environment Council of 9 October 2018 held in Luxembourg

Standards għall-emissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi u l-vannijiet

Fil-laqgħa tad-9 ta' Ottubru fil-Lussemburgu, il-ministri għall-ambjent irnexxielhom jilħqu qbil dwar ir-regolament propost dwar l-istandards ta' CO2 għall-karozzi u l-vannijiet (riformulazzjoni). Huma qablu dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-test u stabbilixxew miri ġodda għal standards aktar stretti għall-emissjonijiet ta' CO2.

Sal-2030, il-karozzi l-ġodda ser ikunu jarmu medja ta' 35% anqas ta' CO2 meta mqabbel mal-limiti standard tal-emissjonijiet attwali. Il-qbil li lħaqna llum huwa bażi soda biex jibdew it-taħdidiet mal-Parlament Ewropew. Elisabeth Köstinger, ministru federali Awstrijaka għas-sostenibbiltà u t-turiżmu
Environment ministers agreed how to reduce CO2 emissions of cars and vans in Europe.

Tibdil fil-klima u COP24

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar it-tibdil fil-klima bħala parti mit-tħejjijiet għall-konferenza tal-Konvenzjoni tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima f'Katowice f'Diċembru (COP24). Il-konklużjonijiet għandhom l-għan li jagħtu messaġġ politiku u narrattiva b'saħħitha dwar il-livell ta' ambizzjoni tal-UE fl-azzjoni klimatika. Il-ministri enfasizzaw li sabiex jinkisbu l-objettivi fuq perjodu twil tal-Ftehim ta' Pariġi, il-pajjiżi kollha għandhom itejbu l-azzjoni ta' mitigazzjoni f'koerenza, fost l-oħrajn, mal-iżvilupp sostenibbli u l-protezzjoni tal-bijodiversità. Fil-COP24, l-UE ser tħeġġeġ lill-partijiet kollha biex jgħaġġlu t-tħejjijiet għall-implimentazzjoni tal-kontributi rispettivi tagħhom stabbiliti fil-livell nazzjonali.

Bijodiversità

Il-ministri għall-ambjent adottaw konklużjonijiet dwar il-bijodiversità. Il-konklużjonijiet fihom l-elementi prinċipali tal-pożizzjoni tal-UE bil-ħsieb tal-COP14 tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika li ser issir l-Eġittu f'Novembru. Dawn il-konklużjonijiet ikopru wkoll il-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-bijosikurezza u l-Protokoll ta' Nagoya dwar l-aċċess u l-qsim tal-benefiċċji. Il-ministri enfasizzaw it-tħassib profond tagħhom li l-bażi tar-riżorsi naturali u s-servizzi tal-ekosistema li tiddependi fuqhom l-umanità qegħdin f'riskju għoli u li ħafna mill-pressjonijiet li qed iwasslu għat-telf tal-bijodiversità qed ikomplu jiżdiedu.

Standards għall-emissjonijiet ta' CO2 għal vetturi tqal

Wara nofsinhar, il-Kunsill kellu dibattitu mxandar live dwar l-ewwel regolament li qatt kellha l-UE dwar l-istandards għall-emissjonijiet ta' CO2 għal vetturi tqal. Il-ministri ddiskutew il-miri proposti għat-tnaqqis ta' emissjonijiet ta' CO2 għal trakkijiet, xarabanks u vannijiet ġodda. Il-ministri kellhom l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-proposta tal-Kummissjoni u li jiddiskutu kif ser isir progress biex tintlaħaq pożizzjoni komuni.

Suġġetti oħra fl-aġenda

F'sessjoni pubblika, il-Kunsill kellu l-opportunità li jisma' preżentazzjoni mill-Presidenza dwari d-direttiva dwar il-plastik li jintuża darba biss.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 15 ta' Jannar 2025