"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Ambjent

Kunsill Ambjent, 25/06/2018, 25 ta' Ġunju 2018

Riżultati ewlenin

Ekonomija Ċirkolari

Fil-25 ta' Ġunju, il-Kunsill Ambjent adotta konklużjonijiet dwar it-twettiq tal-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-ekonomija ċirkolari. Il-Kunsill ikkonferma mill-ġdid il-potenzjal tal-ekonomija ċirkolari biex jinkiseb it-tkabbir sostenibbli u titnaqqas id-dipendenza tal-UE fuq materja prima mhux rinnovabbli, b'mod partikolari permezz ta' żieda fir-riċiklaġġ ta' prodotti tal-plastik. Huwa ssottolinja l-ħtieġa li jiġu kkunsidrati mill-ġdid id-drawwiet tal-konsum u jiġi evitat l-użu mhux meħtieġ tal-plastik. Huwa enfasizza li l-partijiet ikkonċernati kollha għandhom ir-responsabbiltà li jieħdu l-azzjoni meħtieġa għall-bidla, rigward id-disinn, l-użu u l-konsum ta' prodotti. Issottolinja wkoll l-importanza tal-ġestjoni tajba ta' sustanzi potenzjalment riskjużi fil-prodotti u l-iskart biex jiġu stabbiliti ċikli ta' materjali mhux tossiċi.

L-ekonomija ċirkolari hija l-akbar kisba ta' żminijietna. Ninsab kuntent ħafna li llum il-ministri qablu dwar azzjonijiet komuni biex jimplimentaw il-pjan ta' azzjoni tal-UE dwar l-ekonomija ċirkolari. Jeħtieġ li lkoll nikkunsidraw mill-ġdid kif nużaw u nikkonsmaw il-plastik. Neno Dimov, il-Ministru għall-Ambjent u l-Ilma tal-Bulgarija
Għaliex neħtieġu ekonomija ċirkolari? Għall-kuntrarju ta' mudell ekonomiku tradizzjonali li ma jittrattax l-iskart u r-riżorsi limitati, ekonomija ċirkolari għandha l-għan tat-tkabbir sostenibbli, it-tnaqqis tal-iskart u ż-żamma tal-valur tal-materjali.

Għaliex ekonomija ċirkolari? (Infografika)

L-ilma tax-xorb

Il-ministri għall-ambjent kellhom dibattitu ta' orjentazzjoni, imxandar direttament permezz ta' streaming, dwar id-direttiva dwar l-ilma tax-xorb li hija riżultat dirett tal-ewwel inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej li qatt kellha suċċess. Id-direttiva dwar l-ilma tax-xorb ittejjeb l-istandards tal-kwalità tal-ilma, tintroduċi approċċ ibbażat fuq ir-riskju għall-monitoraġġ tal-ilma, u tarmonizza l-informazzjoni disponibbli dwar il-kwalità tal-ilma kif ukoll is-servizzi għall-konsumaturi.

Standards ta' CO2 għall-karozzi u l-vannijiet

Waranofsinhar, il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni, imxandar direttament permezz ta' streaming, rigward ir-regolament dwar l-istandards tal-emissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi u l-vannijiet. Il-ministri ddiskutew il-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 proposti ta' 15% mill-2025 u 30% mill-2030 għal karozzi u vannijiet ġodda. Il-ministri analizzaw ukoll il-mekkaniżmu ta' inċentivi propost għal vetturi b'emissjonijiet żero u emissjonijiet baxxi.

Suġġetti oħra fl-aġenda

F'sessjoni pubblika, il-Kunsill kellu l-opportunità jisma' preżentazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-proposti leġislattivi ġodda tagħha dwar standards ta' CO2 għal vetturi heavy-duty, il-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE), l-użu mill-ġdid tal-ilma, plastiks b'użu wieħed u dwar l-allinjament tal-obbligi ta' rappurtar ambjentali. Il-Kummissjoni rrappurtat ukoll dwar l-inizjattiva tal-pollinaturi tal-UE li għandha l-għan li tipproteġi n-naħal tal-għasel, in-naħal selvaġġ u insetti pollinaturi selvaġġi li jkunu mhedda bl-estinzjoni.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Ambjent

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 14 ta' Jannar 2025