Skip to content
  • Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, 18-19/06/2015, 18 u 19 ta' Ġunju 2015

Riżultati ewlenin

Il-ftehim tal-lum huwa pass deċiżiv 'il quddiem biex titjieb is-sikurezza tal-pazjenti u tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea. Guntis Belēvičs, Ministru għas-Saħħa tal-Latvja 

Saħħa

Apparat mediku 

Il-Kunsill qabel fuq is-sustanza tal-pożizzjoni tiegħu għal żewġ abbozzi ta' regolamenti mmirati lejn l-immodernizzar tar-regoli tal-UE dwar apparati mediċi u l-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro. L-għan ewlieni taż-żewġ abbozzi ta’ regolamenti huwa li jiġi żgurat li prodotti bħall-impjantazzjonijiet prostetiċi fil-ġenbejn, pacemakers u testijiet tal-laboratorju jkunu sikuri.

Il-qbil milħuq fil-Kunsill ser jippermetti lill-Presidenza li jmiss biex tagħmel kuntatt mal-Parlament Ewropew biex tħejji n-negozjati bejn iż-żewġ istituzzjonijiet.

"Il-ftehim tal-lum huwa pass deċiżiv 'il quddiem biex titjieb is-sikurezza tal-pazjenti u tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea. Madankollu hemm bżonn ta' aktar ħidma kemm fi ħdan il-Kunsill kif ukoll bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew biex jiġi żgurat li l-benefiċċji tar-regoli l-ġodda jiġu implimentati fil-prattika", qal Guntis Belēvičs, il-ministru Latvjan għas-Saħħa u President tal-Kunsill.  

Il-politika tal-UE dwar l-alkoħol 

Maġġoranza ta’ ministri appoġġaw it-talba tad-delegazzjoni Slovena biex jiġi ppreżentat qafas ġdid għall-politika tal-UE dwar l-alkoħol. Dan il-qafas ser jgħin lil stati membri biex jindirizzaw l-abbuż tal-alkoħol u l-ħsara marbuta mal-alkoħol. Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, l-alkoħol huwa t-tielet l-aktar fattur ta' riskju importanti għall-mard u l-imwiet fl-Ewropa.  

Aġenda Ewropea dwar il-migrazzjoni 

Diversi ministri saħqu dwar l-importanza li d-dimensjoni tas-saħħa tkun riflessa sewwa fl-aġenda Ewropea dwar il-migrazzjoni. 

Il-ministri kellhom dibattitu produttiv dwar l-aspetti tax-xogħol u tal-politika soċjali tar-rakkomandazzjonijiet. L-UE bħalissa tinsab fl-istadji l-aktar bikrija ta' rkupru, madankollu għad hemm sfidi li jridu jiġu indirizzati.  Uldis Augulis, Ministru Latvjan għall-Protezzjoni Soċjali

Ix-xogħol u l-politika soċjali  

Il-Kunsill iddiskuta l-aspetti tax-xogħol u tal-politika soċjali fl-eżerċizzju tas-Semestru Ewropew 2015.  

Il-President tal-Kunsill Uldis AUGULIS, Ministru Latvjan għall-Protezzjoni Soċjali qal "Il-ministri kellhom dibattitu produttiv dwar l-aspetti tax-xogħol u tal-politika soċjali tar-rakkomandazzjonijiet. L-UE bħalissa tinsab fl-istadji l-aktar bikrija ta' rkupru, madankollu għad hemm sfidi li jridu jiġu indirizzati. L-Istati Membri implimentaw riformi strutturali importanti u dawn l-isforzi ser ikomplu.”  

Il-Kunsill laħaq qbil politiku dwar l-erba’ linji gwida li ġejjin għall-politiki dwar ix-xogħol tal-istati membri:

  • l-ispinta għad-domanda għax-xogħol
  • it-tkabbir tal-provvista ta' ħaddiema, ħiliet u kompetenzi
  • it-titjib tal-funzjonament tas-swieq tax-xogħol u t-trawwim tal-inklużjoni soċjali 
  • il-ġlieda kontra l-faqar u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs

Dwar ix-xogħol għaż-żgħażagħ, il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar ir-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-iskema ta' garanzija għaż-żgħażagħ u ra fiex waslet l-implimentazzjoni tar-rapport fuq livell tal-UE, inkluż il-garanzija għaż-żgħażagħ u l-alleanza Ewropea għall-apprendistati.  

Il-Kunsill ħa nota tar-rapporti ta' progress fuq id-direttiva dwar in-nisa fuq bordijiet ta' kumpaniji u fuq id-direttiva dwar it-trattament ugwali, u adotta konklużjonijiet dwar opportunitajiet għal dħul indaqs għan-nisa u l-irġiel: it-tneħħija tad-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn is-sessi.  

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025