"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, 13/10/2016, 13 ta' Ottubru 2016

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill laħaq ftehim dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar direttiva rigward l-esponiment għall-karċinoġeni fuq il-post tax-xogħol, u b'hekk fetaħ id-diskussjonijiet mal-Parlament Ewropew.

Il-ftehim tal-lum fil-Kunsill dwar il-limiti għall-karċinoġeni u l-mutaġeni huwa pass importanti li jgħinna nindirizzaw il-kawża primarja tal-imwiet relatati max-xogħol fl-Unjoni Ewropea. L-għan tagħna hu li ngħinu nsalvaw 100.000 ħajja matul il-50 sena li jmiss. Il-Kunsill illum wera l-impenn qawwi tiegħu favur il-protezzjoni tal-ħaddiema.

Jan Richter, President tal-Kunsill u Ministru Slovakk għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Familja

Il-Kunsill approva direttiva dwar kondizzjonijiet tax-xogħol aħjar għas-sajjieda. Id-direttiva tagħti effett legali għal ftehim bejn is-sħab soċjali tal-UE (Cogeca, ETF u Europêche) fis-settur tas-sajd marittimu.

Dan huwa pass importanti 'l quddiem li jgħin fit-titjib tal-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien tas-sajjieda u eżempju tassew eċċellenti ta' djalogu soċjali settorjali li rnexxa. Illum żgurajna li din il-ħidma tiġi inkluża fil-liġi tal-UE, għall-benefiċċju tas-sajjieda kollha fl-UE.

Jan Richter, President tal-Kunsill u Ministru Slovakk għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Familja

Il-Kunsill iddiskuta l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni dwar il-qgħad fit-tul, u l-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill l-analiżi tagħha tal-inizjattivi dwar il-Garanzija għaż-żgħażagħ u l-Impjieg taż-żgħażagħ li ġew ippubblikati fl-4 ta' Ottubru.

Il-Kunsill kellu dibattitu ta' orjentazzjoni dwar aġenda ġdida għall-ħiliet għall-Ewropa, minħabba l-importanza tal-ħiliet għas-sostenn tal-impjiegi, it-tkabbir u l-kompetittività.

Il-Presidenza u l-Kummissjoni infurmaw lill-Kunsill bit-tħejjijiet tas-Summit Soċjali Tripartitiku fid-19 ta' Ottubru u dwar żviluppi reċenti rigward il-bidu ġdid għad-djalogu soċjali.

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar ir-"rapport mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar inizjattivi ta' politika u appoġġ finanzjarju tal-UE għall-integrazzjoni tar-Rom".

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025