- Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur
Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, 08/12/2016, 8 ta' Diċembru 2016
Riżultati ewlenin
Impjiegi u Politika Soċjali
Il-Kunsill laħaq approċċ ġenerali dwar tliet regolamenti ġodda li jirregolaw il-fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound), l-aġenzija Ewropea għas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol (EU-OSHA) u ċ-ċentru Ewropew għall-iżvilupp ta' taħriġ professjonali (Cedefop).
"Illum ilħaqna ftehim dwar kif intejbu l-effiċjenza ta' tliet aġenziji Ewropej iddedikati għar-riċerka dwar diversi aspetti soċjali tal-ħajjiet taċ-ċittadini tagħna. Dawn ser jiġu adattati biex jirriflettu ħtiġijiet ġodda, bi twessigħ tal-ambitu ta' xogħolhom u tnaqqis konsiderevoli fil-burokrazija. Dan il-ftehim ma kienx ikun possibbli mingħajr l-appoġġ trasparenti u kostruttiv tal-Istati Membri kollha."
Ján Richter, il-Ministru Slovakk għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u l-Familja
L-għan ewlieni tar-regolamenti hu li jiġu aġġornati l-miri, ix-xogħol u l-attivitajiet tal-aġenziji sabiex jirriflettu aħjar l-iżviluppi reċenti fis-soċjetà, dawk istituzzjonali u dawk ekonomiċi kif ukoll ħtiġijiet ġodda.
Il-ministri kellhom ukoll skambju ta' fehmiet dwar is-Semestru Ewropew tal-2017, wara l-preżentazzjoni tal-pakkett ekonomiku mill-Kummissjoni f'Novembru. Il-Kunsill approva l-aspetti marbutin mal-impjiegi u dawk soċjali tal-abbozz ta' rakkomandazzjoni għaż-żona tal-euro.
Il-Kunsill kellu dibattitu ta’ orjentazzjoni dwar il-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali. L-inizjattiva hija parti mill-ħidma mwettqa mill-Kummissjoni għal Unjoni Ekonomika u Monetarja aktar profonda u aktar ġusta iżda mhix limitata għall-istati membri taż-żona tal-euro.
Il-Kunsill wiżen il-progress fuq id-direttiva dwar l-impjieg ta' ħaddiema, kif ukoll dwar l-aċċessibbiltà u d-direttivi dwar it-trattament indaqs.
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar "L-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ", "L-Aċċellerar tal-Proċess ta' Integrazzjoni tar-Rom", u "In-Nisa u l-Faqar".
Mingħajr diskussjoni, il-Kunsill adotta:
- Direttiva ġdida biex jitnaqqas it-tniġġis tal-arja. Ir-regoli l-ġodda jiffissaw limiti nazzjonali aktar stretti għall-emissjoni ta' xi wħud mill-aktar sustanzi perikolużi li jniġġsu l-arja. Permezz ta' din id-direttiva, huwa stmat li l-għadd ta' mwiet prematuri minħabba t-tniġġis tal-arja fl-UE jonqos b'madwar 50% fl-2030 (meta mqabbel mal-2005).
- Ir-regoli biex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' rtirar okkupazzjonali (IORPs), bil-mira li jitħarsu aħjar il-membri ta' skemi tal-pensjoni. Id-direttiva ser ittejjeb il-governanza u t-trasparenza tal-IORPs u tiffaċilita l-attivitajiet transkonfinali tagħhom.
- Mobbiltà ġusta tal-forza tax-xogħol fl-UE (informazzjoni ġenerali)
- Semestru Ewropew (informazzjoni ġenerali)
Saħħa
Stħarriġ annwali dwar it-tkabbir għall-2017
Il-ministri għas-saħħa tal-UE laqgħu l-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir għall-2017 tal-Kummissjoni li huma qiesu li hu kontribut siewi għar-riflessjoni li qed issir dwar kif jiżdiedu l-kosteffettività u l-kwalità tal-kura tas-saħħa. Huma partikolarment qablu mal-fehma tal-Kummissjoni li s-sistemi tas-saħħa għandhom isiru sostenibbli. Il-ministri għas-saħħa kellhom fehmiet diverġenti dwar jekk għandux ikollhom diskussjoni kull sena dwar l-aspetti tal-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir marbutin mas-saħħa pubblika. Il-presidenza talbet lill-korpi ta' tħejjija tal-Kunsill ikomplu jeżaminaw din il-kwistjoni.
"Ma hemm ebda dubju li popolazzjoni li qed tixjieħ titfa' pressjoni konsiderevoli fuq is-sistemi tas-saħħa. Mingħajr riforma, l-ispejjeż tas-sistemi tas-saħħa mistennija li jirduppjaw sal-2050. Is-semestru Ewropew sar l-għodda ekonomika ewlenija biex jiġu rrakkomandati riformi lill-istati membri."
Tomáš Drucker, il-Ministru Slovakk għas-Saħħa u President tal-Kunsill
Netwerks ta' referenza Ewropej
Il-ministri għas-saħħa tal-UE ġew assigurati mill-Kummissjoni li n-netwerks ta’ referenza Ewropej mexjin 'il quddiem. Minn Marzu 2017 in-netwerks ta' referenza Ewropej ser jagħtu għajnuna lil persuni li jbatu minn mard rari billi jlaqqgħu l-pazjenti ma' esperti ferm speċjalizzati minn madwar l-UE. Dan ser jgħin biex tiġi rrimedjata sitwazzjoni fejn bosta persuni milqutin minn marda rari, partikolarment dawk fi stati membri iżgħar, ma jkollhomx aċċess għal dijanjożi preċiża jew trattament ta' kwalità għolja.
"30 miljun Ewropew, fosthom bosta tfal, ibatu minn marda rari. Xi wħud minnhom ma saritilhomx dijanjożi korretta, u oħrajn ma għandhomx aċċess għat-trattament it-tajjeb. In-netwerks ta' referenza Ewropej ser jindirizzaw din is-sitwazzjoni billi jgħinu lil persuni milqutin minn marda rari biex issirilhom dijanjożi u jiġu ttrattati mill-persuna bl-għarfien espert xieraq. Dan huwa tip ta' suq uniku għall-konsulenza medika xierqa."
Tomáš Drucker, il-Ministru Slovakk għas-Saħħa u President tal-Kunsill
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Riżultat tal-laqgħa tal-Kunsill
- Aġenda proviżorja Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, 8 ta' Diċembru 2016
- Lista ta' punti A, deliberazzjoni leġislattiva, Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, 8 ta' Diċembru 2016
- Lista ta' punti A, attivitajiet mhux leġislattivi, Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, 8 ta' Diċembru 2016
- Programm indikattiv - Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, 8 ta' Diċembru 2016
- Nota ta' informazzjoni
- Lista ta' parteċipanti
Stqarrijiet għall-istampa
L-aġenziji Ewropej Eurofound, UE-OSHA u Cedefop: il-Kunsill laħaq ftehim - 08/12/2016
Prodotti ta’ investiment: ir-regoli tal-'PRIIP’ posposti b’sena - 08/12/2016
Il-Ġordan: approvat €200m f'self - 08/12/2016
Fondi ta' pensjoni okkupazzjonali: il-Kunsill jadotta regoli ġodda - 08/12/2016
Il-kwalità tal-arja: limiti ġodda aktar stretti għall-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu - 08/12/2016
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Emma O'Driscoll Press officer
- +32 475 88 48 33
- +32 2 281 48 10
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EPSCO
Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025