Skip to content
  • Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, 03/03/2017, 3 ta' Marzu 2017

Riżultati ewlenin

Il-Kunsill kellu dibattitu dwar regolament emendat dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali. It-test il-ġdid jaġġorna u jimmodernizza r-regoli attwali u għandu l-għan li jiffaċilita l-mobilità tal-ħaddiema billi tiġi żgurata ekwità għal dawk li jmorru minn post għall-ieħor u għall-kontribwenti.

Fil-kuntest tas-Semestru Ewropew 2017, il-ministri ddiskutew kif għandu jissaħħaħ l-aċċess għas-suq tax-xogħol u jonqsu d-diverġenzi fl-UE. Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar l-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir għall-2017 u r-rapport konġunt dwar l-impjiegi. Il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill ħarsa ġenerali tal-rapporti tal-pajjiżi għall-2017.

Il-Presidenza u l-Kummissjoni informaw lill-Kunsill dwar it-tħejjijiet għas-Summit Soċjali Tripartitiku, li għandu jsir fit-8 ta' Marzu.

Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar it-titjib tal-ħiliet tan-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol tal-UE.

Il-Presidenza informat lill-ministri dwar l-istat attwali tad-direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025