- Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur
Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur, 15-16/06/2017, 15 u 16 ta' Ġunju 2017
Riżultati ewlenin
Kwistjonijiet ta' saħħa - 16 ta' Ġunju
L-obeżità fit-tfulija
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jappellaw lill-istati membri biex jittratta l-obeżità fit-tfulija billi jindirizzaw kemm in-nuqqas ta' attività fiżika u dieti ħżiena. Il-pajjiżi tal-UE huma mistiedna jippromwovu l-attività fiżika fl-iskejjel u fil-klabbs ta' rikreazzjoni. Għandhom inaqqsu wkoll ir-reklamar u l-isponsorjar ta’ ikel biz-zokkor u bix-xaħam immirat lejn tfal u adolexxenti.
"L-obeżità fit-tfulija hija sfida għas-saħħa li qed tinfirex dejjem aktar li għandha tittieħed b’serjetà kbira. Persuni b'piż żejjed għandhom riskju akbar ta’ dijabete, ażma, pressjoni għolja u mard kardjovaskulari. Agħar minn hekk huwa li t-tfal b’piż żejjed huma l-adulti b'piż żejjed ta’ għada. Għalhekk huwa importanti li tittieħed azzjoni bikrija".
Chris Fearne, il-Ministru għas-Saħħa ta’ Malta u President tal-Kunsill
Kooperazzjoni volontarja bejn is-sistemi tas-saħħa
Il-Kunsill adotta wkoll konklużjonijiet li jħeġġu l-kooperazzjoni volontarja bejn is-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri. Dan jista’ jwassal għal riżultati aħjar għall-pazjenti u l-professjonisti tal-kura tas-saħħa u jżid l-effiċjenza tas-sistemi tas-saħħa.
Il-kooperazzjoni volontarja tista’ tgħin biex ittejjeb l-aċċess tal-pazjenti għat-trattament, b’mod partikolari dawk il-pazjenti li jbatu minn mard rari. Dan jista’ jżid l-għarfien espert fi ħdan l-istati membri u l-aċċess għal teknoloġiji innovattivi tas-saħħa.
Kien maqbul li l-iskambju ta’ informazzjoni dwar linji politiċi nazzjonali ta’ pprezzar u ta’ rimborż u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar ftehimiet dwar l-ipprezzar ta’ prodotti farmaċewtiċi jista' jtejjeb it-trasparenza u l-influwenza tal-istati membri f’negozjati mal-industrija, u jista’ jagħmel il-prodotti mediċinali aktar aċċessibbli.
Il-pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali
Il-ministri għas-saħħa tal-UE laqgħu l-proposta tal-Kummissjoni għal pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali. Huma qablu mal-objettiv li jiġi pprovdut aċċess f’waqtu għal kura tas-saħħa affordabbli, preventiva u kurattiva ta’ kwalità tajba, dment li l-kompetenzi tal-istati membri fil-qasam tal-politika tas-saħħa jkunu rrispettati. Il-Ministri enfasizzaw l-importanza li jittieħed kont tat-tradizzjonijiet u l-ispeċifiċitajiet nazzjonali differenti meta jagħżlu l-indikaturi tas-sistemi tas-saħħa tal-istati membri.
Kwistjonijiet tal-Impjiegi u l-Politika Soċjali - 15 ta’ Ġunju
Il-Kunsill iddiskuta s-Semestru Ewropew 2017 u approva l-aspetti tal-impjiegi u tal-politika soċjali tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi. L-objettiv ġenerali tar-rakkomandazzjonijiet għall-2017-2018 huwa li joħloq aktar impjiegi u tkabbir aktar mgħaġġel, filwaqt li jqis aħjar il-ġustizzja soċjali.
Il-Kunsill laħaq approċċ ġenerali dwar direttiva li għandha l-għan li tipproteġi lill-ħaddiema kontra sustanzi karċinoġeniċi fuq il-post tax-xogħol.
"B’dan il-ftehim, nistgħu nipproteġu aħjar miljuni ta’ ħaddiema tal-UE minn sustanzi kimiċi li jikkawżaw il-kanċer fuq il-post tax-xogħol. Dan huwa ta' importanza partikolari għaliex il-kanċer huwa l-kawża ewlenija ta’ mwiet relatati max-xogħol fl-UE."
Helena Dalli, Ministru għall-affarijiet Ewropej u l-ugwaljanza, President tal-Kunsill
Il-Presidenza infurmat lill-Kunsill rigward l-eżitu tad-dibattitu waqt l-ikla ta’ nofsinhar dwar il-Pilastru Ewropew tad-drittijiet soċjali. L-element ewlieni tal-Pilastru huwa sett ta’ 20 prinċipji u drittijiet ewlenin biex jappoġġaw swieq tax-xogħol u sistemi ta' protezzjoni soċjali ġusti u li jaħdmu tajjeb.
Il-Kunsill ħa nota tal-progress rigward id-direttiva dwar l-istazzjonar ta' ħaddiema, li għandha l-għan li tiżgura kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-fornituri tas-servizzi filwaqt li fl-istess ħin tħares il-ħaddiema stazzjonati.
Huwa ħa nota tal-progress rigward id-direttiva dwar l-aċċessibbiltà ta’ ċerti prodotti u servizzi għal persuni b’diżabilità, u dwar ir-regolamenti riveduti dwar il-koordinazzjoni ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali.
Huwa ħa nota wkoll tal-progress rigward id-direttivi dwar it-trattament ugwali u dwar in-nisa fuq il-bordijiet ta’ kumpaniji.
Il-Kunsill adotta konklużjonijiet dwar "Strateġiji biex nagħmlu x-xogħol irodd" u dwar ir-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri intitolat "Il-qgħad fost iż-żgħażagħ - il-politiki tal-UE għamlu differenza? Valutazzjoni tal-garanzija għaż-żgħażagħ u l-inizjattiva favur l-impjieg taż-żgħażagħ".
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' tħejjija
Dokumenti ta' eżitu
Stqarrijiet għall-istampa
Tagħrif għall-istampa
Evi Liaskou (impjiegi u politika soċjali) u Jérôme Unterhuber (saħħa)
Kuntatti għall-istampa
-
Emma O'Driscoll Press officer
- +32 475 88 48 33
- +32 2 281 48 10
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EPSCO
Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025