"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.
Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur
Vidjokonferenza tal-ministri għas-saħħa, 30 ta' Ottubru 2020
Riżultati ewlenin
Saħħa
Il-ministri għas-saħħa kellhom skambju ta' fehmiet dwar l-abbozz ta' konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-istati membri dwar ir-rwol tal-UE fit-tisħiħ tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO). Il-konklużjonijiet għandhom l-għan li jikkontribwixxu għall-koordinazzjoni tal-interventi tal-istati membri tal-UE waqt l-issoktar tat-73 Assemblea Dinjija tas-Saħħa, il-korp li jieħu d-deċiżjonijiet tad-WHO.
Id-WHO tinsab f'salib it-toroq. Wara snin ta' sfidi serji, u fil-kuntest tal-pandemija attwali bla preċedent, huwa ċar li jeħtieġ jingħatawlha kapaċitajiet akbar. Id-dibattitu f'waqtu tagħna llum wera li l-UE tinsab lesta tassumi rwol ewlieni u tidderieġi l-isforzi globali għar-riforma tad-WHO. L-għan tagħna huwa li d-WHO nagħmluha aktar b'saħħitha u mgħammra aħjar biex tiżgura s-saħħa tan-nies madwar id-dinja.
Jens Spahn, Ministru Federali għas-Saħħa tal-Ġermanja
Il-ministri taw il-fehmiet tagħhom dwar il-mistoqsija li ġejja:
x'passi konkreti jistgħu jittieħdu mill-istati membri tal-UE biex jinkisbu l-objettivi fformulati fl-abbozz ta' konklużjonijiet bil-ħsieb li jingħataw appoġġ u gwida lill-proċess tat-tisħiħ tad-WHO?
Id-delegazzjonijiet kollha laqgħu b'sodisfazzjon l-abbozz ta' konklużjonijiet tal-Kunsill u l-impenn tal-UE li taqdi rwol ewlieni u attiv fit-tfassil mill-ġdid tax-xenarju globali tas-saħħa. Il-ministri qablu li WHO aktar b'saħħitha hija kruċjali biex tiżgura s-saħħa tan-nies madwar id-dinja. Huma enfasizzaw li t-tisħiħ tal-organizzazzjoni huwa prijorità sabiex tinkiseb effiċjenza akbar u jiġu żgurati kapaċitajiet operazzjonali aħjar.
Il-ministri enfasizzaw l-importanza tat-tisħiħ tar-rwol tad-WHO fl-għoti ta' gwida normattiva, it-tisħiħ tal-istat ta' tħejjija, ir-reviżjoni tas-sistema ta' twissija attwali u l-implimentazzjoni aħjar tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa. Appellaw ukoll għal aktar appoġġ għall-hekk imsejjaħ approċċ "Saħħa Waħda" biex jinkisbu riżultati aħjar fis-saħħa pubblika.
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.