Approċċ komuni dwar il-miżuri b'rabta mal-COVID-19 għall-ivvjaġġar fl-UE (sat-13 ta’ Ġunju 2021)
Approċċ komuni dwar il-miżuri b'rabta mal-COVID-19 għall-ivvjaġġar fl-UE (sat-13 ta’ Ġunju 2021)
Il-pajjiżi tal-UE qablu dwar approċċ koordinat għall-miżuri dwar l-ivvjaġġar b'rabta mal-COVID-19 u fasslu kriterji komuni għal mappa tar-riskji.
Kriterji komuni
- rata ta' ttestjar = in-numru ta' testijiet għal kull 100 000 persuna matul l-aħħar ġimgħa
- rata ta' pożittività fl-ittestjar = % ta' testijiet b'riżultat pożittiv matul l-aħħar ġimgħa
- Każijiet kumulattivi fuq 14-il jum = in-numru ta' każijiet ġodda kull 100 000 persuna fl-aħħar 14-il jum (f'livell reġjonali)
Data kumparabbli
Il-pajjiżi tal-UE jikkomunikaw data kull ġimgħa liċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Mard
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Mard jippubblika mappa komuni b'kodiċi tal-kuluri b'data reġjonali biex tgħin lill-pajjiżi tal-UE jieħdu deċiżjonijiet
Kodiċijiet komuni tal-kuluri: mappa taż-żoni ta' riskju
- aħdar jekk ir-rata ta' notifika fuq 14-il jum tkun inqas minn 25 u r-rata ta' pożittività fl-ittestjar tkun inqas minn 4%
- oranġjo jekk ir-rata ta' notifika fuq 14-il jum tkun inqas minn 50 iżda r-rata ta' pożittività fl-ittestjar tkun 4% jew ogħla, jew jekk ir-rata ta' notifika fuq 14-il jum tkun bejn 25 u 150 u r-rata ta' pożittività fl-ittestjar tkun inqas minn 4%
- aħmar jekk ir-rata ta' notifika fuq 14-il jum tkun 50 jew ogħla u r-rata ta' pożittività fl-ittestjar tkun 4% jew ogħla, jew jekk ir-rata ta' notifika fuq 14-il jum tkun ogħla minn 150
- aħmar skur jekk ir-rata ta' notifika fuq 14-il jum tkun ogħla minn 500
- griż jekk ma jkunx hemm biżżejjed informazzjoni jew jekk ir-rata tal-ittestjar tkun inqas minn 300
Qafas komuni għall-miżuri marbuta mal-COVID-19
Żoni ħodor
- ma għandha tiġi applikata ebda restrizzjoni għall-moviment liberu tal-persuni
Żoni oranġjo
- il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati u jirrispettaw id-differenzi fis-sitwazzjoni epidemjoloġika taż-żoni oranġjo u ħomor
- fil-prinċipju, id-dħul ma għandux jiġi rrifjutat lil vjaġġaturi minn żoni oranġjo jew ħomor iżda jistgħu jiġu applikati xi kondizzjonijiet
- rekwiżiti possibbli għall-vjaġġaturi: kwarantina/ awtoiżolament u/jew ittestjar għall-COVID-19 qabel/wara l-wasla
- pajjiżi oħra affettwati tal-UE jiġu infurmati 48 siegħa qabel ma jiġu applikati l-miżuri
Żoni ħomor

- l-ivvjaġġar mhux essenzjali kollu għandu jiġi skoraġġut

Żoni ħomor skuri

- rekwiżiti għall-vjaġġaturi: kwarantina/ awtoiżolament u ttestjar għall-COVID-19 qabel il-wasla
- pajjiżi oħra affettwati tal-UE jiġu infurmati 48 siegħa qabel ma jiġu applikati l-miżuri
Miżuri simili għal dawk applikati għal żoni ħomor skuri jistgħu japplikaw għal żoni bi prevalenza għolja ta' varjanti li joħolqu tħassib.
Il-vjaġġaturi jistgħu jintalbu jippreżentaw formoli ta' lokalizzazzjoni tal-passiġġieri.
Eċċezzjonijiet
Ebda rekwiżit ta' kwarantina għal vjaġġaturi b'funzjoni jew ħtieġa essenzjali waqt li jwettqu dik il-funzjoni.
L-ittestjar għall-COVID-19 fil-prinċipju m'għandux ikun meħtieġ għal ħaddiema tat-trasport u persuni li jaqsmu l-fruntieri ta' spiss, għal raġunijiet ta' xogħol, studju jew familja.
Għaliex hija essenzjali l-koordinazzjoni tal-miżuri b'rabta mal-COVID-19?
- tiżgura l-libertà tal-moviment
- iżżid it-trasparenza għaċ-ċittadini u n-negozji
- tevita l-frammentazzjoni u t-tħarbit tas-servizzi
Miżuri b'rabta mal-COVID-19 għandhom ikunu:
- limitati għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika
- proporzjonati
- nondiskriminatorji (eż. skont in-nazzjonalità)
- jirrispettaw il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni transfruntieri u ż-żoni ġeografikament iżolati
- jitneħħew hekk kif is-sitwazzjoni epidemjoloġika tippermetti dan
Komunikazzjoni dwar miżuri ġodda
- il-pubbliku jiġi infurmat mill-inqas 24 siegħa minn qabel
- l-informazzjoni u l-aġġornamenti kollha huma disponibbli fuq is-sit web tal-UE reopen.europa.eu