"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Vidjokonferenza tal-ministri għas-saħħa, 2 ta' Diċembru 2020

Riżultati ewlenin

Is-sitwazzjoni epidemjoloġika u l-vaċċini

Fil-bidu tal-laqgħa, id-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-UE, fejn iddikjarat li x-xejra b'rabta mal-għadd ta' infezzjonijiet u r-rati ta' pożittività kienet kawtament pożittiva, iżda wissiet li jkun kmieni wisq biex wieħed jipproċedi biex itaffi r-restrizzjonijiet attwali.

Id-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) infurmat lill-ministri dwar il-proċess ta' evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tat-tilqim kontra l-COVID-19, filwaqt li saħqet li ser issir laqgħa fl-aħħar ta' Diċembru din is-sena biex jiġi deċiż jekk għandhiex tiġi approvat l-ewwel tilqima .

Il-bini ta' Unjoni Ewropea tas-Saħħa

Fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19 li għaddejja bħalissa, il-ministri qasmu l-fehmiet tagħhom dwar it-tagħlimiet li ħadna mill-COVID-19 fil-qasam tas-saħħa. Li nieħdu t-tagħlimiet mill-pandemija u – bi sforz konġunt – li naslu għall-konklużjonijiet it-tajbin huma żewġ passi importanti lejn Unjoni Ewropea aktar b'saħħitha u aktar reżiljenti. Id-diskussjoni inkludiet dibattitu dwar il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Il-bini ta' Unjoni Ewropea tas-Saħħa: Rinforzar tar-reżiljenza tal-UE għat-theddid transkonfinali għas-saħħa". Il-ministri qasmu wkoll opinjonijiet dwar tliet proposti leġiżlattivi: għal Regolament dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa, għal Regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 851/2004 li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (ECDC), u għal Regolament dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u l-ġestjoni tagħhom għal prodotti mediċinali u apparat mediku.

Jens Spahn, Ministru Federali għas-Saħħa tal-Ġermanja
L-Unjoni Ewropea qed turi s-saħħa tagħha fil-pandemija. Flimkien qed nipproduċu, nakkwistaw u nqassmu l-vaċċini tal-COVID-19. Qed ngħinu lil xulxin fil-kura tal-pazjenti. U qed nibnu network bl-apps ta' twissija tagħna. Taħt il-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill saħħaħna r-reżiljenza tal-Ewropa u ħadna flimkien tagħlimiet mill-pandemija. U flimkien aħna ddedikati għal provvista sigura ta' prodotti mediċinali, skambju mtejjeb ta' data dwar is-saħħa, ECDC b'saħħtu u leħen Ewropew b'saħħtu fil-politika tas-saħħa globali.
Jens Spahn, Ministru Federali għas-Saħħa tal-Ġermanja
Jens Spahn, Ministru Federali għas-Saħħa tal-Ġermanja

B'mod ġenerali, il-ministri laqgħu l-proposti leġiżlattivi mill-Kummissjoni bħala pass deċiżiv biex tinbena Unjoni Ewropea b'saħħitha u awtonoma li tkun imħejjija aħjar biex tiġġieled theddid transkonfinali serju għas-saħħa. Maġġoranza kbira tal-ministri enfasizzaw li l-ECDC u l-EMA, sabiex jissaħħu, jeħtieġ li jiġu pprovduti aktar riżorsi umani u finanzjarji biex jgħinu lill-istati membri fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriżi tas-saħħa. Fl-istess ħin, ħafna delegazzjonijiet identifikaw għadd ta' oqsma, li ser ikollhom jiġu indirizzati matul id-diskussjonijiet li ġejjin dwar il-proposti leġiżlattivi, bħall-evitar tad-duplikazzjoni tal-kompiti u l-piż amministrattiv addizzjonali, kif ukoll ir-responsabbiltajiet tal-korpi u l-mekkaniżmi differenti tal-ġestjoni tal-kriżijiet, u distinzjoni ċara bejn il-livelli tat-teħid ta' deċiżjonijiet esperti u dawk politiċi. B'rabta ma' dan, il-ministri qablu li jeħtieġ li jiġu rispettati l-kompetenzi nazzjonali. Huma enfasizzaw ukoll l-importanza ta' trasparenza mtejba, kooperazzjoni aktar mill-qrib u djalogu intensiv, anke ma' organizzazzjonijiet bħall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

Strateġija farmaċewtika għall-Ewropa

Il-ministri għas-saħħa qasmu l-ewwel valutazzjonijiet tagħhom tal-istrateġija ppreżentata dan l-aħħar, li għandha l-għan li ssaħħaħ kemm it-tħejjija kif ukoll ir-reżiljenza tas-sistemi farmaċewtiċi Ewropej. Huma ddiskutew ukoll miżuri konkreti biex jindirizzaw in-nuqqas ta' prodotti mediċinali fl-UE bħala waħda mill-prijoritajiet tal-presidenza Ġermaniża fil-qasam tas-saħħa.

Il-ministri esprimew appoġġ ġenerali għall-istrateġija u l-objettivi ambizzjużi tagħha biex tgħin biex tiżgura l-provvista tal-Ewropa ta' mediċini sikuri u affordabbli u biex tgħin lill-industrija farmaċewtika Ewropea tibqa' innovatur u mexxej dinji. Huma qablu wkoll li l-istrateġija u l-implimentazzjoni tagħha għandu jkollhom l-għan li l-Unjoni Ewropea tkun imħejjija aħjar biex tiffaċċa sfidi futuri marbutin mas-saħħa.

Dwar il-kooperazzjoni, il-ministri esprimew ix-xewqa tagħhom li jaraw lill-istati membri involuti bis-sħiħ fid-diskussjonijiet u l-azzjonijiet futuri kollha fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-istrateġija, u appellaw għat-tisħiħ tad-djalogu mal-partijiet ikkonċernati kollha.

B'rabta man-nuqqas ta' mediċini u l-aċċess għall-mediċini, ħafna delegazzjonijiet semmew il-ħtieġa li tiġi żgurata l-awtonomija strateġika Ewropea. Fost il-miżuri identifikati mill-ministri biex inaqqsu d-dipendenzi fuq is-swieq ta' pajjiżi terzi kien hemm id-diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-produzzjoni u tal-provvista, l-iżgurar tal-ħażna strateġika, u l-inkoraġġiment tal-produzzjoni u l-investiment fl-Ewropa. Xi delegazzjonijiet issuġġerew ukoll il-ħtieġa li tiżdied it-trasparenza fil-ktajjen tal-provvista u l-ipprezzar, jitjieb il-ġbir tad-data fil-livell tal-UE, jiġu identifikati n-nuqqasijiet ta' mediċini fi stadju bikri u jiġu stabbiliti proċeduri ta' akkwist pubbliku ċentralizzati Ewropej.

Affarijiet oħra

  • Il-presidenza infurmat lill-ministri dwar is-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-proposta għal regolament dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa (sessjoni pubblika).
  • Il-presidenza tat informazzjoni dwar is-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-proposta għal regolament dwar il-Programm "l-UE għas-Saħħa" għall-2021–2027 (sessjoni pubblika).
  • Il-Kummissjoni pprovdiet aġġornament dwar il-pjan Ewropew tal-Kummissjoni għall-ġlieda kontra l-kanċer li għandu jiġi adottat fil-bidu tas-sena d-dieħla.
  • Il-Kummissjoni infurmat lill-ministri dwar l-Implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-apparati mediċi u r-Regolament dwar l-apparati mediċi dijanjostiċi in vitro.
  • color: inherit; Id-delegazzjoni Netherlandiża u dik Daniża pprovdew informazzjoni dwar il-miżuri li ttieħdu biex jiġu indirizzati t-tifqigħat tal-COVID-19 fl-azjendi agrikoli tal-mink. Id-Direttur tal-ECDC u l-Kummissjoni kkomplementaw l-informazzjoni pprovduta.
  • Id-delegazzjoni Ġermaniża pprovdiet ġabra tal-attivitajiet tal-Kunsill fil-qasam tas-Saħħa matul il-Presidenza Ġermaniża.
  • Id-delegazzjoni Portugiża ppreżentat il-programm ta' ħidma tal-presidenza li jmiss fil-qasam tas-Saħħa.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 8 ta' Jannar 2025