"Il-cookies jintużaw biex intejbu l-esperjenza ta' navigazzjoni tiegħek. Il-cookies meħtieġa huma neċessarji biex jappoġġaw karatteristiċi essenzjali tas-sit web tal-Kunsill. Il-cookies fakultattivi jgħinuna nipproduċu rapporti statistiċi anonimi u aggregati biex naqdu aħjar il-ħtiġijiet tiegħek.

Żur il-paġna tal-politika tal-cookies tagħna għal aktar informazzjoni u biex tibdel is-settings tiegħek.

български español čeština dansk Deutsch eesti Ελληνικά English français Gaeilge hrvatski italiano latviešu lietuvių magyar Malti Nederlands polski português română slovenčina slovenščina suomi svenska
Skip to content

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur (Impjiegi u politika soċjali), 1 ta' Diċembru 2025

Riżultati ewlenin

Akkomodazzjoni affordabbli

Il-presidenza Daniża ppreżentat konklużjonijiet dwar il-Pjan Ewropew għal Akkomodazzjoni Affordabbli li ġej, li huwa skedat proviżorjament għall-pubblikazzjoni f'Diċembru 2025. Il-konklużjonijiet ġew appoġġati minn 26 stat membru.

Sophie Hæstorp Andersen, Ministru għall-Affarijiet Soċjali u l-Akkomodazzjoni tad-Danimarka

Li jkollok post li tqis bħala darek huwa fundamentali għall-Ewropej kollha, iżda ħafna pajjiżi madwar l-UE qed jiffaċċaw kriżi fil-qasam tal-akkomodazzjoni. Il-presidenza Daniża, appoġġata minn 25 stat membru ieħor, qed tappella lill-Kummissjoni biex twettaq pjan komprensiv ta' akkomodazzjoni affordabbli li jagħti prijorità lill-finanzjament, il-kostruzzjoni sostenibbli, l-ippjanar, u l-inklużjoni soċjali, filwaqt li jappoġġa wkoll l-isforzi nazzjonali u jirrispetta d-diversità tas-sistemi tal-istati membri. Permezz ta' azzjoni koordinata, nistgħu nippromwovu l-aċċess għal akkomodazzjoni sikura u affordabbli għal kulħadd fl-UE.

Sophie Hæstorp Andersen, Ministru għall-Affarijiet Soċjali u l-Akkomodazzjoni tad-Danimarka

Sophie Hæstorp Andersen, Ministru għall-Affarijiet Soċjali u l-Akkomodazzjoni tad-Danimarka

Filwaqt li saħqu li l-politika tal-akkomodazzjoni tibqa' r-responsabbiltà tal-istati membri, il-ministri enfasizzaw għadd ta' oqsma li fihom il-Kummissjoni tista' tappoġġa l-isforzi nazzjonali, reġjonali u lokali, bħall-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzjament tal-UE.

B'mod partikolari, huma enfasizzaw erba' oqsma ewlenin ta' fokus: il-finanzjament, il-kostruzzjoni u s-sostenibbiltà, l-ippjanar, u l-inklużjoni soċjali.

Id-diskussjoni tal-lum issegwi s-summit tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2025, li fih il-mexxejja tal-UE appellaw lill-Kummissjoni biex tippreżentapjan ambizzjuż u komprensiv għal akkomodazzjoni affordabbli.

Karċinoġeni, mutaġeni u sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol

Il-ministri approvaw il-pożizzjoni ta' negozjar tal-Kunsill rigward is-sitt reviżjoni tad-direttiva dwar il-karċinoġeni, il-mutaġeni u s-sustanzi tossiċi għar-riproduzzjoni (CMRD).

Kaare Dybvad Bek, Ministru għall-Impjiegi tad-Danimarka

Ħadd ma għandu jimrad mill-post tax-xogħol. Billi naġġornaw ir-regoli li jirregolaw l-esponiment għal sustanzi kimiċi perikolużi fuq il-post tax-xogħol, qed innaqqsu r-riskji għas-saħħa u nappoġġaw il-benesseri u l-kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għall-ħaddiema fl-UE. Għalhekk, ninsab kuntent li llum irnexxielna nilħqu qbil fil-Kunsill dwar dan il-fajl importanti.

Kaare Dybvad Bek, Ministru għall-Impjiegi tad-Danimarka

Kaare Dybvad Bek, Ministru għall-Impjiegi tad-Danimarka

Is-CMRD tistabbilixxi miżuri għall-prevenzjoni u l-protezzjoni kontra r-riskji marbuta mal-esponiment għal sustanzi karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew tossiċi għar-riproduzzjoni fuq il-post tax-xogħol, u tinkludi obbligu li jiġu stabbiliti valuri ta' limitu fejn possibbli.

Fil-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu, il-Kunsill tejjeb aktar ir-regoli aġġornati billi żied limitu tal-esponiment okkupazzjonali għall-isopren.

Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

Il-Kunsill qabel dwar il-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu rigward regolament li għandu l-għan li jwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni biex jinkludi ħaddiema f'riskju imminenti ta' spostament.

L-għan tal-FEG huwa li juri solidarjetà mal-ħaddiema u l-persuni li jaħdmu għal rashom li tilfu l-impjieg tagħhom minħabba r-ristrutturar tal-kumpanija, filwaqt li jgħinhom jerġgħu jsibu impjieg.

Skont ir-regolament rivedut, il-ħaddiema li huma f'riskju imminenti li jitilfu l-impjieg tagħhom bħala riżultat tar-ristrutturar tal-kumpanija jkollhom ukoll aċċess għal appoġġ taħt l-FEG, biex titnaqqas ir-rata ta' sensji u l-ħaddiema jiġu megħjuna fit-tranżizzjoni lejn rwoli ġodda.

Il-pożizzjoni tal-Kunsill tiċċara l-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament rivedut. Tiżgura wkoll salvagwardji suffiċjenti, tillimita l-piż amministrattiv u tistabbilixxi limitu massimu ta' finanzjament ta' €4 miljun euro fis-sena għal kwalunkwe kumpanija partikolari.

Simplifikazzjoni, implimentazzjoni u infurzar

Abbażi tar-rapport annwali ppreżentat mill-Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni Mînzatu dwar is-simplifikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar għall-oqsma ta' politika li jaqgħu fil-kompetenza tal-Kunsill EPSCO, il-ministri kellhom skambju ta' fehmiet dwar is-suġġett "It-twettiq tas-simplifikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-infurzar fil-qasam tal-impjiegi u dak soċjali".

Id-dibattitu ministerjali ffoka fuq l-aħjar modi biex tiġi implimentata aġenda tal-UE għas-simplifikazzjoni fil-livell tal-UE u dak nazzjonali. B'mod partikolari, huma ssuġġerew modi biex il-Kummissjoni tikseb tnaqqis ta' 25% fil-piż amministrattiv sal-2030, iddiskutew ir-rwol potenzjali tal-Kunsill EPSCO fl-iżgurar li l-istrumenti tal-UE jkunu proporzjonati għall-objettivi tagħhom, u esploraw miżuri nazzjonali u fil-livell tal-UE possibbli biex jgħinu fit-twettiq tal-aġenda tal-UE għas-simplifikazzjoni.

Direttiva dwar it-trattament ugwali

Il-ministri ħadu nota ta' rapport ta' progress rigward id-direttiva proposta dwar it-trattament ugwali, li tipprojbixxi d-diskriminazzjoni abbażi ta' reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali f'oqsma relatati mal-protezzjoni soċjali, il-vantaġġi soċjali, l-edukazzjoni, u l-aċċess għal oġġetti u servizzi, inkluż l-akkomodazzjoni.

Semestru Ewropew

Il-Kummissjoni ppreżentat il-pakkett tal-ħarifa tas-Semestru Ewropew, li jinkludi r-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi u proposta għal rakkomandazzjoni dwar il-kapital uman fl-UE.

Il-ministri qasmu wkoll fehmiet dwar il-promozzjoni tal-inklużjoni u l-koeżjoni soċjali permezz ta' politiki soċjali u tal-akkomodazzjoni koerenti.

Affarijiet oħra

Taħt "affarijiet oħra", il-ministri rċevew informazzjoni dwar suġġetti inkluż is-sitwazzjoni attwali tad-direttiva dwar it-traineeships u r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar qafas ta' kwalità msaħħaħ għat-traineeships, is-Summit Soċjali Tripartitiku, u r-Riżerva ta' Talenti tal-UE.

Dibattitu informali waqt l-ikla ta' nofsinhar

Waqt l-ikla ta' nofsinhar, il-ministri ħadu sehem f'dibattitu informali dwar is-suġġett ta' "Reklutaġġ ġust: kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għall-ħaddiema stazzjonati kollha u kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji fl-UE".

Dokumenti tal-laqgħat

Dokumenti ta' tħejjija

Dokumenti ta' eżitu

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 3 ta' Diċembru 2025