Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Il-Grupp tal-euro, 17/02/2014, 17 ta' Frar 2014

L-irkupru taż-żona tal-euro jissaħħaħ

Il-Grupp tal-euro laqa' l-perspettiva ekonomika li qed titjieb għaż-żona tal-euro.

Il-ministri ħadu kont tas-sitwazzjoni ekonomika fid-dawl tal-analiżi tal-Kummissjoni u tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), u data ġdida tal-Eurostat. It-tkabbir PDG reali taż-żona tal-euro qabad ritmu tajjeb f'dawn l-aħħar trimestri. L-aħħar stima tal-Eurostat għar-raba' trimestru tal-2013 ikkonferma tkabbir pożittiv moderat matul tliet trimestri suċċessivi hekk kif l-irkupru jibda jħalli l-effett tiegħu fiż-żona tal-euro. Ir-reżiljenza taż-żona tal-euro għat-taqlib reċenti fi swieq emerġenti tqieset ukoll bħala sinjal pożittiv. 

Il-President tal-Grupp tal-euro laqa' tajjeb l-aħbar tajba iżda tenna li m'hemmx lok għal kompjaċenza. Filwaqt li l-livelli tal-qgħad stabilizzaw, dawn għadhom għoljin f'livelli inaċċettabbli.  B'kont meħud ta' dan, il-President enfasizza l-ħtieġa li ż-żona tal-euro "timplimenta riformi strutturali kuraġġużi sabiex issaħħaħ il-kompetittività u tkompli fit-triq ta' konsolidazzjoni fiskali differenzjata u li tiffavorixxi t-tkabbir".

Il-programm Ċiprijott fit-triq it-tajba

Il-Kummissjoni, il-BĊE u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) qiesu li l-programm Ċiprijott qiegħed fit-triq it-tajba. Il-ministri laqgħu b'mod partikolari d-data makroekonomika u fiskali li kienet aktar pożittiva milli antiċipat, minkejja l-fatt li għad baqa' sfidi serji.

Il-President tal-Grupp tal-euro esprima s-sodisfazzjon tiegħu dwar is-settur finanzjarju li qed jistabbilizza f'Ċipru, "li jippermetti li t-tieni fażi tal-laxkar gradwali tar-restrizzjonijiet jibda fi żmien qasir".

Il-ministri ddiskutew ukoll ir-rieżami li għaddej tal-programm Grieg.  Huma laqgħu l-intenzjoni tal-Kummissjoni, tal-FMI u tal-BĊE li jirritornaw f'Ateni fil-jiem li ġejjin, kif ukoll l-impenn tal-awtoritajiet Griegi għat-twettiq ta' riformi f'għadd ta' oqsma ewlenin.

Il-ministri ser jimmiraw li f'Marzu tal-2014 jilħqu qbil politiku dwar l-Istrument ta' Rikapitalizzazzjoni Diretta tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) wara diskussjoni produttiva dwar il-qafas operazzjonali tiegħu fi Frar.  Il-Grupp tal-euro li jmiss ser jiltaqa' fl-10 ta' Marzu.

Dokumenti tal-laqgħat

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025