- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 05/05/2014, 5 ta' Mejju 2014
Il-Portugall jagħżel ħruġ "nadif" mill-programm
Il-Grupp tal-Euro laqa' d-deċiżjoni tal-gvern Portugiż li joħroġ mill-programm ta' aġġustament ekonomiku tiegħu mingħajr ebda appoġġ ieħor.
Il-Grupp tal-Euro appoġġa d-deċiżjoni tal-Portugall li ma jitlob ebda programm ta' segwitu. Din id-deċiżjoni ssegwi l-konklużjoni b'suċċess tal-aħħar missjoni ta' rieżami tal-programm Portugiż mill-Kummissjoni, il-BĊE u l-FMI. Il-ministri faħħru lill-awtoritajiet Portugiżi għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-programm u lill-poplu Portugiż għall-kisbiet tiegħu f'ċirkostanzi diffiċli.
Il-Grupp tal-Euro kkonkluda li l-programm ħoloq il-kondizzjonijiet it-tajbin biex il-Portugall jirritorna għat-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi. L-irkupru ekonomiku tal-Portugall qed jissaħħaħ. Riformi strutturali fuq firxa wiesgħa għamlu lill-ekonomija aktar flessibbli u kompetittiva. L-aġġustament fiskali kien konsiderevoli u reġgħet inkisbet il-fiduċja tal-investituri.
Il-Grupp tal-Euro ħeġġeġ lill-Portugall biex ikompli bir-riformi maħsuba biex ikomplu jtejbu l-kapaċità tal-ekonomija li tiġġenera l-impjiegi u t-tkabbir. Intlaqa' favorevolment l-impenn tal-Portugall biex isostni politika fiskali prudenti.
Prospetti ġodda ta' tkabbir għall-Greċja
Il-Grupp tal-Euro ddiskuta l-iżviluppi pożittivi fil-Greċja.
Fl-2013 il-prestazzjoni fiskali kienet waħda b'saħħitha u nkiseb bilanċ pożittiv primarju. Ir-ritorn tal-Greċja u tal-banek Griegi għas-swieq internazzjonali tal-kapital tqies bħala sinjal li l-fiduċja fis-swieq qed tiżdied.
L-awtoritajiet Griegi ppreżentaw l-istrateġija komprensiva fit-tul tagħhom għat-tkabbir. Din intlaqgħet mill-Grupp tal-Euro bħala komplement utli għall-programm eżistenti. Matul ir-rieżami li jmiss tal-programm, ser jitqiesu miżuri biex tittejjeb is-sostenibbiltà tad-dejn tal-Greċja.
Il-Grupp tal-Euro jwettaq rieżami tal-abbozzi tal-baġits tal-Awstrija u l-Ġermanja
Il-ministri kkunsidraw il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-abbozzi tal-baġits tal-Ġermanja u l-Awstrija. Huma qablu mal-valutazzjoni li l-Ġermanja hija konformi b'mod sħiħ mar-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST).
Il-Grupp tal-Euro laqa' l-korrezzjoni tad-defiċit nominali tal-Awstrija iżda qabel mat-tħassib tal-Kummissjoni li l-abbozz tal-baġit tal-Awstrija seta' jwassal biex il-baġit strutturali tagħha jiddevja mit-triq ta' aġġustament skont il-PST.
Il-Grupp tal-Euro laqa' l-impenn mill-Gvern Awstrijak li jieħu aktar miżuri biex jindirizza dan it-tħassib u stieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk humiex adegwati. Il-ministri talbu lill-Kummissjoni u lill-gvern Awstrijak biex jaħdmu flimkien biex jikkonkludu malajr dan il-proċess ta' valutazzjoni.
Dokumenti tal-laqgħat
Dokumenti ta' eżitu
- Dikjarazzjoni mill-Grupp tal-euro dwar il-Portugall, 5 ta' Mejju 2014
- Dikjarazzjoni mill-Grupp tal-euro dwar il-Greċja, 5 ta' Mejju 2014
- Dikjarazzjoni mill-Grupp tal-euro dwar abbozz ta' pjani baġitarji għall-Ġermanja, il-Lussemburgu u l-Awstrija, 5 ta' Mejju 2014
- Kummenti minn Jeroen Dijsselbloem dwar il-laqgħa tal-Grupp tal-euro, 5 ta' Mejju 2014
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Laqgħat li seħħew
L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025