Skip to content
  • Grupp tal-Euro

Grupp tal-Euro, 01/04/2014, 1 ta' April 2014

Il-Grupp tal-Euro japprova l-analiżi pożittiva tal-programm Grieg 

Il-Grupp tal-Euro laqa' b'sodisfazzjon it-titjib fil-pożizzjoni fiskali tal-Greċja u l-impenn tagħha għal riforma strutturali wara r-raba' analiżi tal-programm ta' aġġustament ekonomiku Grieg. 

Il-ministri laqgħu l-konklużjoni pożittiva tar-raba' analiżi tal-programm Grieg. Il-prestazzjoni fiskali tal-pajjiż tinsab fit-triq it-tajba biex tilħaq il-miri tal-programm. Il-President tal-Grupp tal-Euro Jeroen Dijsselbloem enfasizza l-importanza ta' riformi estensivi li "jsaħħu l-potenzjal ta' tkabbir tal-Greċja, joħolqu opportunitajiet ta' xogħol u jixprunaw l-investiment".

Ladarba r-riformi jkunu kompluti, ikun hemm disponibbli €8.3 biljun mill-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF). Dawn jinħarġu f'diversi pagamenti, u l-ewwel wieħed mistenni qabel l-obbligi ta' servizz tad-dejn li jmiss mill-Greċja f'Mejju.

Il-Grupp tal-Euro esprima l-appoġġ tiegħu għall-ħidma tal-awtoritajiet Griegi għal strateġija komprensiva favur it-tkabbir. Din ser tikkomplementa l-azzjonijiet skont il-programm Grieg u tieħu ħsieb tiżgura li finanzjamenti minn istituzzjonijiet internazzjonali jiġu allokati b'mod kemm jista' jkun effettiv.

Il-baġit tal-Lussemburgu konformi għal kollox mar-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST)

F'Novembru li għadda l-ministri tal-Grupp tal-Euro eżaminaw bir-reqqa l-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji tagħhom, ħlief dawk mill-istati membri li kienu fil-proċess li jifformaw gvern.

Issa l-Grupp tal-Euro dawwar l-attenzjoni għall-pjanijiet aġġornati ta' dawk il-pajjiżi u l-konsistenza tagħhom mal-obbligi tal-PST. Il-Lussemburgu tqies għal kollox konformi. Il-pjanijiet aġġornati għall-Ġermanja u l-Awstrija ser jiġu kkunsidrati fix-xhur li ġejjin.

Programm ta' aġġustament ekonomiku għall-Portugall: il-qagħda attwali

Il-Grupp tal-Euro analizza l-implimentazzjoni tal-programm ta' aġġustament ekonomiku tal-Portugall. Il-programm għadu miexi kif ippjanat u l-miri għad-defiċit fiskali għall-2013 intlaħqu faċilment. Il-Grupp tal-Euro ser jiddiskuti l-istrateġija tal-ħruġ tal-Portugall f'Mejju ladarba tkun intemmet il-missjoni ta' analiżi aħħarija.

Il-laqgħa li jmiss tal-Grupp tal-Euro ser issir fil-5 ta' Mejju 2014.

Dokumenti tal-laqgħat

Stqarrijiet għall-istampa

Tagħrif għall-istampa

Kuntatti għall-istampa

  • Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President

  • +32 478 83 26 64
  • +32 2 281 75 32

Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.

Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa

Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.

L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.

Kompli segwina

Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro

Ara laqgħat oħrajn

L-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025