- Grupp tal-Euro
Grupp tal-Euro, 10/03/2014, 10 ta' Marzu 2014
Il-programm Ċiprijott u dak Portugiż għadhom fit-triq it-tajba
Il-Grupp tal-Euro eżamina l-progress li għamlu l-pajjiżi fir-rigward tal-programmi u laqa' l-iżviluppi f'Ċipru u l-Portugall. Il-ministri appellaw lill-partijiet kollha involuti biex ilestu l-analiżi li għaddejja tal-programm Grieg.
Il-ministri laqgħu l-konferma li l-programm ta' Ċipru għadu fit-triq it-tajba. Tlestiet kull azzjoni meħtieġa qabel l-iżborż li jmiss ta' €150 miljun mill-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà. Ċipru ġie mfaħħar għall-eżekuzzjoni baġitarja prudenti tiegħu li kkontribwixxiet biex il-miri fiskali jintlaħqu sew fl-2013.
Il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) ippreżentaw ukoll is-sejbiet tagħhom dwar il-programm ta' aġġustament Portugiż li wkoll għadu fit-triq it-tajba. Il-ministri approvaw is-sejbiet u ħadu nota tal-aħħar passi li ttieħdu mill-Portugall biex jerġa' jikseb aċċess għas-suq.
Il-Kummissjoni, il-BĊE u l-FMI aġġornaw lill-ministri dwar il-missjoni tal-analiżi attwali tagħhom fil-Greċja. Il-Grupp tal-Euro appella lill-Greċja u lil dawn l-istituzzjonijiet biex jagħmlu ħilithom biex jikkonkludu n-negozjati malajr.
Ġew diskussi wkoll ir-riżultati tat-testijiet superviżorji tal-istress u l-analiżi tal-kwalità tal-assi tas-sitt banek Griegi. Il-Grupp tal-Euro jistenna li jiġi injettat il-kapital meħtieġ. Dan il-kapital addizzjonali għandu jinġabar fuq kollox mill-investituri privati.
Il-previżjoni tax-xitwa mill-Kummissjoni tikkonferma l-irkupru taż-żona tal-euro
Il-Grupp tal-Euro kellu skambju ta' fehmiet dwar is-sitwazzjoni ekonomika u kkonkluda li l-irkupru fiż-żona tal-euro qed jissaħħaħ u l-fiduċja qed titjieb, iżda li l-irkupru mistenni jibqa' bil-mod u fraġli.
Il-ministri laqgħu l-impenji ta' Franza u s-Slovenja fit-teħid tal-miżuri neċessarji biex jiżguraw konformità sħiħa mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata korrezzjoni f'waqtha tad-defiċits eċċessivi tagħhom.
Il-ministri ħadu nota wkoll tal-analiżi fil-fond mill-Kummissjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi, u ser jerġgħu lura għal din il-kwistjoni ladarba jkunu ġew valutati l-miżuri li tfasslu biex jindirizzaw dawn l-iżbilanċi.
Il-Grupp tal-Euro ser ikompli jiddiskuti l-istrument ta' rikapitalizzazzjoni diretta tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà hekk kif il-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni jiġi ffinalizzat.
Il-Grupp tal-Euro ser jerġa lura għall-implimentazzjoni tal-impenji li l-istati membri għamlu b'rispons għall-analiżi tal-Kummissjoni tal-abbozzi ta' baġits tagħhom fil-laqgħa tal-Grupp tal-Euro tat-22 ta' Novembru 2013. Dan ser isir fil-kuntest usa' tas-Semestru Ewropew.
L-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji aġġornati mill-Awstrija, il-Ġermanja u l-Lussemburgu ser jiġu valutati mill-Kummissjoni u l-Grupp tal-Euro f'April u f'Mejju.
Dawn il-pajjiżi kienu fil-proċess li jifformaw gvernijiet ġodda fil-ħarifa tal-2013 meta ġew ikkunsidrati abbozzi ta' baġits oħra.
Il-laqgħa li jmiss tal-Grupp tal-Euro ser issir fl-1 ta' April 2014.
Tagħrif għall-istampa
Kuntatti għall-istampa
-
Johannes Kleis Spokesperson for Eurogroup President
- +32 478 83 26 64
- +32 2 281 75 32
Jekk m'intix ġurnalist(a), jekk jogħġbok ibgħat it-talba tiegħek lis-servizz għall-informazzjoni tal-pubbliku.
Akkreditazzjoni u avvenimenti għall-istampa
Għal informazzjoni ġenerali dwar l-akkreditazzjoni, jekk jogħġbok żur din il-paġna.
L-akkreditazzjoni tal-media għas-summits internazzjonali li jsiru barra mill-Unjoni Ewropea ser tiġi ttrattata mill-awtoritajiet governattivi tal-pajjiż ospitanti.
Kompli segwina
- Irreġistra għall-allerti bl-email tagħna biex tirċievi aġġornamenti dwar din il-laqgħa u laqgħat simili.
- Segwi @EUCouncilPressgħall-aħħar aġġornamenti għall-istampa.
- Hashtag fuq X: #EUROGROUP
Laqgħat oħra: Grupp tal-Euro
Ara laqgħat oħrajnL-aħħar reviżjoni: 13 ta' Jannar 2025